Gwida għal min jgħallem

Page 16

Minn idejn l-Artist

Tonio Caruana

il-Kurċifiss

l-abjad

M

in jaf kemm-il kurċifiss rajna f’ħajjitna! Min jaf kemm-il kurċifiss raw it-tfal li jattendu filklassijiet tat-tagħlim, imma forsi l-aktar ħaġa li m’għandux jiġrilna quddiem ix-xbieha tal-kurċifiss hija li nidrawha. Huwa proprju minħabba f’din ir-raġuni li xtaqt nippreżenta din il-pittura tal-artist Marc Chagall, imwieled fil-Belarus fis-7 ta’ Lulju tal-1887 u miet f’Pariġi fit-28 ta’ Marzu tal-1985. Interessanti wkoll li riċentement, il-Q.T. il-Papa Franġisku rrefera għal din il-pittura bħala dik favorita tiegħu. Chagall lesta din l-opra fl-1938, xogħol biż-żejt fuq it-tila, 154.3 x 139.7 cm u tinsab fl-Istitut tal-Arti ġewwa Chicago. Meta wieħed iħares u jqabbel din ilpittura ma’ xogħlijiet oħra tal-istess artist, żgur li jinduna li kuntrarju għan-norma, Marc juża inqas ilwien milli juża fl-opri l-oħra tiegħu. Din il-pittura għandha numru ta’ elementi kateketiċi li nixtieq li nirrifletti fuqhom. Element fundamentali tal-kateketika huwa li int titlaq minn fejn hi l-udjenza

tiegħek. Din il-pittura tgħinna nagħmlu proprju dan, għax minflok ma tippreżentalna kurċifiss kif aħna, li twelidna f’din il-fidi, mdorrijin bih, hu jippreżentalna ’l Kristu minn kif iħares lejh persuna ta’ nazzjonalità u twemmin Lhudi. Element ieħor importanti għallkatekeżi hu li nirrelataw dak li sar fl-imgħoddi ma’ dak li qed jiġri llum. Fi kliem ieħor, irridu nkunu kapaċi li nassoċjaw u nagħmlu relevanti l-Istorja tas-Salvazzjoni. Ma rridux biss nirrakkontaw il-ġrajja li ġrat eluf ta’ snin ilu, imma kif din twieġeb għall-esperjenzi li ngħaddu minnhom illum.

14

It-tielet u l-aħħar element li se nsemmi f’dan l-artiklu huwa l-bżonn li fil-katekeżi aħna nħabirku biex nilbsu ż-żarbun tal-udjenza tagħna, hi min hi u hi fejn hi. X’hemm daqshekk uniku f’din il-pittura ta’ Marc Chagall? Bla tlaqliq ngħidu li ħadd fl-istorja tal-pittura tal-Punent ma rabat u poġġa t-tbatija ta’ Ġesù ma’ dik tal-poplu Lhudi b’dan il-mod. Jekk Chagall għamel dan għall-poplu tiegħu, aħna rridu nagħmlu l-istess għall-ħajja tagħna; irridu norbtu t-tbatijiet ta’ Kristu msallab mas-salib u mal-esperjenza tagħna ta’ kuljum. Jekk naslu li nagħmlu dan, allura


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.