Issuu on Google+

Inkunu xhieda ta’ ħajja mimilja fidi  ■  Katekisti Kbar  ■  Mil-Librerija tal-Katekist 

Gwida

  The Lion King

IS-56 VOLUM | ĦARĠA #04 ■ LULJU-AWWISSU 2013

għal min jgħallem

Studju

L-ewwel

tħabbira Paġna

12

Ispirazzjoni

Apokalissi

PAĠNA 6

Murtali, baned u qaddisin PAĠNA 2

Minn Idejn l-Artist

Il-Kurċifiss l-Abjad

PAĠNA 14


Editorjal

1 Inkunu xhieda ta’ ħajja mimlija fidi Fr Carl Mario Sultana Il-Mixja Liturġika

2 Murtali, baned u qaddisin Mariosa Micallef Riflessjoni

6 Apokalissi

Mal-ħarġa ta’ Settembru se jingħata ktejjeb li jinkludi rassenja, kalendarju u xi artikli siewja.

Fr René Camilleri Katekisti kbar

8 Il-Metodu ‘Dun Ġorġ’ tim editorjali Joseph Bonnici Alan Bonello Kurt Miceli

ħajr lil

Steven Mifsud li kkoreġa t-test, lis-Segretarjat għall-Katekeżi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għallkontribuzzjoni u l-għajnuna li dejjem joffri u lill-kontributuri li b’sagrifiċċji personali għamlu din il-ħarġa possibbli.

produzzjoni

Disinn: Alan Bonello www.designedbyal.com Stampa: Veritas Press, Żabbar

distribuzzjoni

Din ir-rivista tista’ tinxtara mill-ħwienet ta’ Librerija Preca u Emmaws, miċ-ċentri talM.U.S.E.U.M. fl-irħula kollha u mis-Segretarjat għall-Katekeżi.

abbonamenti

Sena - 6 ħarġiet (Bl-Idejn) €9.00 (Bil-Posta) €11.00

gwida@sdcmuseum.org

Gwida għal min jgħallem hija publikazzjoni tal-Kummissjoni għall-Formazzjoni tat-Tfal u l-Magħżulin tas-Soċjetà tadDuttrina Nisranija – M.U.S.E.U.M.

www.sdcmuseum.org

Robert Aloisio Studju

12 L-ewwel tħabbira Fr Andrew Galea ofm conv. Minn Idejn l-Artist

14 Il-Kurċifiss l-Abjad Tonio Caruana Riżorsi

16 Mil-Librerija Karmenu Borg u Albert Mercieca Inklużjoni

18 Diżordnijiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba Edward Wright Trekking

22 Mill-Kampanja Għawdxija Michael Debono Il-Media fil-Katekeżi

24 The Lion King Alan Bonello Storja

26 Wasal mostru! Joseph Bonnici Din kont tafha?

28 Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf Kevin Scicluna

Kopji oħra ta’ dan il-ktejjeb ikunu għall-bejgħ mill-ħwienet ta’ Librerija Preca u Emmaws.


Editorjal

Fr Carl Mario Sultana

Inkunu xhieda ta’ ħajja mimlija fidi “Jien issa hekk niġri… ma nissarax bħallikieku qiegħed nagħti fil-vojt. Iżda ngħakkes bl-aħrax lil ġismi u njassru, biex ma jiġrilix li, wara li nkun ippritkajt lil ħaddieħor, jiena stess insib ruħi kkundannat.” (1 Kor 9, 26-27) Għal ħafna minna, żmien is-sajf hu żmien li fih nirrilassaw xi ftit millġranet twal ta’ ħidma, u mill-ħidma li nagħmlu s-soltu. U dan huwa xieraq, mhux biss minħabba s-sħana li ħafna drabi taqtgħalna nifisna x’ħin nibdew nagħmlu xi ħaġa, imma wkoll għaliex hija ħaġa tajba li nkunu kapaċi nieqfu mir-rutina mgħaġġla ta’ kuljum u nistrieħu. B’hekk inkunu nistgħu nerġgħu nidħlu għall-ħidma tagħna lejn l-aħħar taż-żmien tas-sajf b’enerġija mġedda. L-isfortuna tagħna hija li bil-mod il-mod, qed tidħol ukoll l-użanza li nirrilassaw, jekk mhux ukoll nieħdu vaganza fejn tidħol il-fidi tagħna. Niltaqgħu ma’ nies madwarna – li n-numru tagħhom sfortunatament qiegħed jikber – li jaħsbu li nistgħu nieħdu brejk fil-fidi, jew fil-mod ta’ kif ngħixu r-reliġjon tagħna fil-prattika u fil-ħajja ta’ kuljum. Għaldaqstant, jaħsbu li meta nieqfu biex fiżikament nistrieħu, nistgħu wkoll nirrilassaw il-prattika tal-fidi tagħna billi nieqfu mit-talb, ma nsibux ħin għall-quddiesa tal-Ħadd,

nieqfu ngħixu ħajja ġeneralment tajba li s-soltu nippruvaw ngħixu, u nieqfu mill-karità li aħna nagħmlu ma’ xulxin.

li jistqarru, mhux billi ngħallmuhom fuqha, imma billi ngħixuha aħna stess l-ewwel. Kemm jagħmel ħsara l-eżempju ħażin!

Meta nibdew inġibu ruħna hekk, donnu nkunu rridu nagħtu l-impressjoni li tista’ tkun Nisrani jew Nisranija part-time, jew inkella għal perjodu qasir minn ħajtek. Imma fuq kollox, l-akbar diffikultà li jkun qed joħloq min iġib ruħu b’dan il-mod hija li ma jkun qed ikun xhud xejn tajjeb ta’ dak li jistqarr bil-fomm. B’imġiba bħal din tibda tidher sewwa d-differenza bejn dak li l-persuna tistqarr bil-fomm u dak li tagħmel fil-prattika f’ħajjitha. Żgur li meta jarawna l-oħrajn inġibu ruħna b’dan il-mod, ma jimpressjonaw ruħhom xejn, anzi l-probabbiltà hija li jieħdu impressjoni ħażina tal-fidi tagħna, u tas-serjetà jew nuqqas ta’ serjetà li biha nippruvaw ngħixu din il-fidi tagħna.

Kemm nagħmlu aktar ġid kieku jkollna noqogħdu ftit attenti u neżaminaw lilna nfusna ħalli kemm jista’ jkun nevitaw li nagħtu messaġġi żbaljati jew kontradittorji lil xulxin, b’mod speċjali lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna! Kemm inkunu aktar effiċjenti u effettivi fil-ministeru tagħna jekk dak li ngħidu jkun naqbel ma’ dak li nagħmlu!

Dan l-aktar li jolqot huwa lit-tfal u liż-żgħażagħ li Alla jafdalna f’idejna biex, l-ewwel u qabel kollox nuruhom kif għandhom jgħixu l-fidi

B’dan ma rridx infisser li aħna qed inġibu ruħna b’dan il-mod, jew b’modi simili. Imma hemm bżonn ukoll li aħna nkunu dawk in-nies li anki bilkliem tagħna u bil-ministeru tagħna nuru l-bżonn urġenti li kull Nisrani u Nisranija jgħixu l-fidi mhux biss fuq livell ta’ diskors imma fil-prattika bl-azzjonijiet u bid-deċiżjonijiet li jieħdu f’kull ħin. Jekk ma nkunux aħna li nagħmlu u ngħidu dan, se tkun diffiċli għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna li jagħmluh, billi diffiċli li jisimgħu dan il-kliem mingħand ħaddieħor.


Il-Mixja Liturġika

Murtali, baned, u qaddisin Mariosa Micallef

Wasalna fi staġun ieħor tas-sajf li ta’ kull ġimgħa jġib miegħu għadd ta’ festi fl-irħula tagħna. Forsi b’kuntrast ma’ ġranet oħra, dawn il-festi jfissru knejjes mimlija nies. Għalfejn jiġu dawn in-nies kollha? Ikunu jafu x’qed jiċċelebraw? U aħna li niltaqgħu ma’ tant tfal u żgħażagħ, insibu ħin biex ngħinuhom jitgħallmu u jifhmu biex b’hekk il-festa tkun okkażjoni fejn wieħed jista’ jikber fil-fidi?

2


N

umru ta’ ċentri ta’ katekeżi jieqfu għaż-żmien tas-sajf, oħrajn jibqgħu jiltaqgħu u jkollhom programm kemxejn differenti mill-bqija tas-sena. Għal dawk li jibqgħu jiltaqgħu, il-festi joffru okkażjoni ta’ katekeżi mhux ta’ min jitlifha, għall-oħrajn tfisser li jridu jaraw kif matul il-bqija tas-sena jsibu ħin biex ifiehmu kif il-festi li niċċelebraw jgħinuna nersqu aktar qrib ta’ Alla. Importanti li nwasslu l-messaġġ sħiħ ta’ dawn il-festi għax inkella jista’ jkun li dawn isiru biss okkażjonijiet soċjali u ħin ta’ divertiment, jew agħar minn hekk, żmien ta’ piki u firda bejn ġirien u ħbieb! Is-Sacrosanctum Concilium jgħid hekk dwar il-festi tal-Madonna: “Fiċċelebrazzjoni ta’ dan iċ-ċiklu ta’ kull sena tal-misteri ta’ Kristu, il-Knisja mqaddsa tqim b’imħabba speċjali lill-Imqaddsa Marija, Omm Alla, li hi marbuta b’mod li ma jinħallx malopra tas-salvazzjoni tal-Iben tagħha”. “Il-Knisja daħħlet ukoll matul is-sena t-tifkira tal-martri u tal-Qaddisin l-oħra li [...] hija tqiegħed quddiem il-fidili l-eżempji tagħhom li jiġbdu lil kulħadd għal għand il-Missier permezz ta’ Kristu”.1

Il-festi dedikati lill-qaddisin għalhekk għandna nużawhom biex bl-eżempji

li huma tawna f’ħajjithom aħna nistgħu nwassluhom bħala mudelli, kif ukoll bħala dawk li għexu dak li emmnu fih. Ngħallmu wkoll li għandna nduru lejn il-Madonna u l-qaddisin biex jgħinuna, kif nitolbu meta fil-quddiesa nistqarru dnubietna u nduru lejn Marija u l-qaddisin biex jidħlu għalina quddiem Alla. F’Awwissu tal-2010, il-Papa Benedittu XVI2 tkellem dwar il-qaddisin u inkoraġġixxa lil kulħadd biex ikollu qaddis jew qaddisa li jkunu familjari magħhom u li jħossuhom qrib waqt ittalb tagħhom, u li jippruvaw jimitaw. Hu sejħilhom ħbieb fil-vjaġġ tal-ħajja. Nafu li xi kultant meta nużaw lil Ġesù bħala mudell, ir-reazzjoni tattfal tkun: “imma dak kien Ġesù”, għalihom u anke għalina, Ġesù hu mudell kemxejn diffiċli biex timitah. Imma l-qaddisin juruna li dan mhux impossibbli. Meta nsiru aktar familjari mal-ħajjiet tal-qaddisin, kemm dawk li għexu ħafna snin ilu u kif ukoll dawk aktar riċenti, nistgħu naraw fihom sitwazzjonijiet li aħna u t-tfal xi drabi nkunu iffaċċjati bihom ... nitgħallmu minnhom kif negħlbu sitwazzjonijiet diffiċli. Ħadd ma hu msejjaħ biex isir bħal xi qaddis, għax kulħadd huwa differenti, iżda nistgħu nużawhom

3

nitgħallmu minnhom kif negħlbu sitwazzjonijiet diffiċli…


Il-Mixja Liturġika

bħala sapport u nindunaw li Alla jsejjaħ lil kulħadd. Clip li nistgħu nużaw biex inwasslu dan il-ħsieb huwa March of the Unqualified.3 Il-qaddisin irnexxielhom jagħmlu affarijiet kbar mhux għax huma kienu nies straordinarji u bla difetti, iżda għamlu affarijiet kbar bl-għajnuna ta’ Alla. Huma juruna b’mod ċar kif l-imħabba ta’ Alla tista’ twassal biex tbiddel bniedem mil-lejl għan-nhar. Naħseb li hu importanti li meta nitkellmu mat-tfal dwar il-ħajja tal-qaddisin nenfasizzaw l-umanità tagħhom, id-difetti u d-dgħufijiet li kellhom, li kienu nies bħalna, iżda huma wkoll waslu biex jittamaw f’Alla u jafdaw lilhom infushom f’idejh ... mhux xi ħaġa faċli, iżda lanqas ma hi impossibbli. Fl-omelija tiegħu,4 nhar il-festa talQalb ta’ Marija, il-Papa Franġisku

semma kif aħna għandna nitgħallmu minn Marija fil-mod li nirċievu u nżommu l-Kelma ta’ Alla f’qalbna. Hu semma kif il-Madonna mmeditat fuq il-Kelma ta’ Alla u rat x’messaġġ ried jgħaddilha. Dan jirrifletti l-kliem ta’ Ġesù fejn jgħid li “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu.”5 F’omelija oħra, il-Papa qal li Marija tgħinna nikbru, tgħinna biex niffaċċjaw il-ħajja u tgħallimna kif inkunu liberi u ħielsa.6

allura kull festa Marjana li niċċelebraw ser turina kif Alla kien dejjem fl-ewwel post fid-deċiżjonijiet tagħha u kif hi dejjem uriet imħabba fis-sitwazzjonijiet kollha li ltaqgħet magħhom.

Għalkemm il-kalendarju liturġiku għandu l-festi Marjani mqassma mas-sena kollha, fis-sajf permezz talfesti fl-irħula tagħna, aħna nerġgħu nfakkru l-biċċa l-kbira ta’ dawn il-festi. X’messaġġ nistgħu nwasslu lit-tfal u liż-żgħażagħ?

Il-Lunzjata: L-Ittra Appostolika Porta Fidei 13 tgħid hekk: Il-fidi wasslet lil Marija biex tilqa’ l-kelma tal-Anġlu u temmen li kienet se ssir Omm Alla. F’din il-ġrajja Marija turi impenn. Għalkemm għaliha dak li semgħet mhux bilfors għamel sens, bit-tweġiba tagħha hija tikkommetti ruħha għallħajja li ma setgħetx tagħraf minn qabel x’ser titlob minnha. Allura tgħallimna li l-iva tagħna wkoll trid qawwa u titlob bidla. Din il-festa wkoll tfakkarna li Alla ma jagħżilx lill-kbir, lis-sinjur, lil dak li għandu xi pożizzjoni għolja, iżda minflok ifittex lill-umli.

Il-Knisja dejjem ippreżentat lillMadonna bħala mara ta’ fidi kbira,

Il-Viżitazzjoni: Hawnhekk Marija turina l-importanza tal-ħbieb veri.

4


Murtali, baned u qaddisin

Kif semgħet l-aħbar li Eliżabetta kienet se ssir omm, hi tħaffef u tmur għandha. Tmur għandha għal żewġ raġunijiet: waħda biex tkun ma’ Eliżabetta u tkun ta’ għajnuna għaliha, iżda l-oħra biex taqsam magħha dan il-mument. Hi ukoll kienet se ssir omm. Kien mument diffiċli għat-tnejn, waħda mgħarrsa u l-oħra xiħa ... it-tnejn ġew f’ilsien in-nies ... iżda flimkien kienu ta’ sapport għal xulxin. Din il-festa għalhekk ma turiniex biss l-importanza tal-ħbiberija u talkomunità iżda wkoll turina li Alla ma jħalliniex waħedna, speċjalment f’mumenti diffiċli. L-Assunta: Aħna nemmnu li Marija ġiet imtellgħa l-ġenna bir-ruħ u l-ġisem. Din il-festa tagħtina t-tama li aħna wkoll għad nirbħu lill-mewt u li għad naraw lil Alla wiċċ imb wiċċ. Il-Bambina: Permezz tat-twelid tal-Madonna, Alla beda l-pjan tiegħu li wassal għat-twelid ta’ Ibnu l-maħbub. Għalkemm ħadd minna ma hu msejjaħ għal xi ħaġa bħal din, kollha kemm aħna msejħa biex bħal Marija nwasslu lil Ġesù għand l-oħrajn. U bl-istess mod li Alla kellu pjanijiet sbieħ għal Marija, hekk ukoll għandu għal kull wieħed u waħda minna ... id-diffikultà hi biex nindunaw x’inhu dan il-pjan. Għandna bżonn lil ħaddieħor biex jgħinna, u aħna l-katekisti rridu nsibu mod kif inwasslu dan il-messaġġ lit-tfal, speċjalment li nnisslu fihom ħeġġa li jkomplu bittagħlim u l-formazzjoni tagħhom.

Id-Duluri: Din il-festa tfakkarna fit-tbatija li għexet Marija ... kienet tbatija li sofriet mhux biss taħt issalib. Kellha twelled lil binha f’għar, u kellha taħrab lejn l-Eġittu; il-kliem ta’ Xmun fit-Tempju u aktar ’il quddiem il-kliem ta’ Ġesù stess meta sabitu fit-Tempju urewha biċ-ċar x’kienet is-sejħa tagħha. Bħal Marija aħna wkoll irridu ngħaddu minn tbatija f’ħajjitna iżda meta jkollna fidi fl-imħabba u fil-preżenza ta’ Alla, din tagħtina l-kuraġġ biex nimxu ’l quddiem. Meta l-Knisja qassmet il-festi talMadonna matul is-sena liturġika kollha, wieħed mill-iskopijiet ewlenin kien biex turi li Marija qiegħda takkumpanjana dejjem u aħna min-naħa tagħna biċċelebrazzjonijiet li nagħmlu, inkunu qegħdin nagħtuha ġieħ. Hi l-Madonna li se tgħinna nersqu aktar qrib ta’ binha Ġesù, hi dik li twassal il-bżonnijiet tagħna quddiem Ġesù, “għadha tidħol għalina b’kull mod biex Alla jagħtina l-grazzji meħtieġa għas-salvazzjoni ta’ dejjem. Fl-imħabba tagħha ta’ omm hija taħseb il-ħin kollu f’dawk l-aħwa ta’ Binha li, fit-triq tagħhom lejn is-sema, għadhom jitħabtu fost perikli u diffikultajiet, u tibqa’ tieħu ħsiebhom sa ma jidħlu fil-patrija tal-hena.”7 Marija turina kif għandna ngħixu biex inkunu dixxipli ta’ Ġesù. Marija tgħallimna li bħalha rridu ninbidlu, nimpenjaw ruħha għall-għażliet li għamilna, ikollna paċenzja u perseveranza, irridu nkunu ħbieb mal-oħrajn u dejjem

5

nuru mħabba kemm fi kliemna kif ukoll f’għemilna. Bħal Marija rridu nwasslu lit-tfal li jkunu nies ta’ fidi, nies umli u ubbidjenti. Iżda dan ma nistgħux nagħmluh jekk huma ma jkunux qegħdin jaraw li aħna wkoll qegħdin nippruvaw ngħixu dan l-ideal! Matul dawn ix-xhur tas-sajf, nistgħu ngħinu lit-tfal biex ifittxu, jaqraw u jitgħallmu dwar il-Madonna, qaddis padrun tagħhom jew tar-raħal tagħhom u jaraw x’l-aktar jolqothom f’din il-persuna, nidraw flimkien magħhom li ta’ kuljum nitolbu lil dan il-qaddis jew lil din il-qaddisa ‘speċjali’ tagħhom. Bħala grupp jistgħu wkoll jagħmlu xi reċta qasira u tintwera fl-aħħar tas-sajf lillġenituri u l-ħbieb.

REFERENZI: 1. Sacrosanctum Concilium, 103, 104 2. http://www.zenit.org/en/articles/ benedict-xvi-encourages-choosing-aspecial-saint 3. http://www.ignitermedia.com/ products/23-the-march-of-theunqualified 4. http://en.radiovaticana.va/ news/2013/06/08/pope_at_mass:_ learning_from_mary_to_keep_the_ word_of_god/en1-699623 5. Luqa 8, 21 6. http://en.radiovaticana.va/ news/2013/05/04/pope_francis:_ mary,_give_us_the_grace_to_ be_signs_and_tools_of_life!_/ en1-689194 7. Lumen Gentium 62


Riflessjoni

Fr René Camilleri

Apokalissi Helder Camara kien isqof f’Recife, waħda mill-iżjed żoni fqar tal-Brażil fissebgħinijiet. Darba stqarr li kull meta jitkellem dwar il-fqar iċapċpulu u jammirawh. Imma meta jistaqsi ‘għaliex’ jeżistu l-fqar jgħajruh komunist! Kultant aħna, akkost li nkunu superfiċjali fid-diskors, nippreferu nitkellmu fuq il-problemi kif narawhom bla ma nħabblu rasna biex niflu u nifhmu l-kawża ta’ dawk il-problemi. F’kelma waħda nippreferu nitrattaw is-sintomi milli l-problema ta’ vera.

mill-Kambodja, Laos u l-Vjetnam li spiċċaw refuġjati barra l-eluf kbar li kienu mietu fi triqthom fil-baħar. Illum, - meta qegħdin fis-seklu 21, meta d-dinja għaddiet minn battalji sħaħ għal-libertajiet tal-individwi u għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, meta s-soċjetajiet għamlu tant akkwisti fejn tidħol id-dinjità tal-bniedem, wara tant diskorsi dwar ordni soċjali u politiku internazzjonali ġdid, u minkejja tant konvenzjonijiet li qegħdin biex jissalvagwardjaw l-interessi anke taż-żgħir - illum qed nerġgħu nassistu għal xeni li jbaxxu lil kull ċiviltà umana.

Illum qegħdin fi żmien fejn minkejja li kollox globalizzat u għandna l-informazzjoni kollha li rridu, xorta waħda nibqgħu aljenati. Per eżempju, daqskemm hu possibbli li npinġu xenarju pożittiv tad-dinja frott il-ħafna progress li sar u kif dan bidel lil ħajjitna, daqstant ieħor nistgħu noħorġu b’xenarju apokalittiku. Dan l-aħħar kont qed naqra essay fi ktieb dwar x’baqa’ minn dik li ngħidulha ‘umanità’ llum u x’se jkun il-futur tagħha. It-titlu tal-essay iwaħħxek: ‘Human’ in the Age of Disposable People.

L-agħar aspett ta’ din it-traġedja hu, fl-idea tiegħi, li sikwit id-dinja tal-punent illum saret qisha Neruni fil-gallarija jara lil Ruma tinħaraq. M’hemmx dubju li hija problema politika u umanitarja fl-istess ħin. Fuq livell umanitarju ma nistgħux ma napprezzawx dak kollu li ħafna organizzazzjonijiet volontarji u non-governattivi qegħdin jagħmlu biex l-uġigħ jittaffa. Fuq livell politiku, id-diskors hu ftit differenti. Saru diversi sforzi, imma bl-iskossi. Kollox juri li għad m’hemmx rieda soda u politika li min għandu l-qawwa jaqbad tassew il-barri minn qrunu. Jista’ jkun li jien żbaljat fil-ġudizzju tiegħi. Imma l-punent li għal sekli sfrutta kemm felaħ l-Afrika u seraqha ħajja, issa ma jistax jaħsel idejh u jitlaqha għal riħha. Veru li rridu nammettu li d-diskors mhuwiex sempliċi. Veru li llum ħafna pajjiżi fl-Afrika huma nazzjonijiet indipendenti u għalhekk għandhom awtonomija sħiħa. Imma hu veru wkoll li aħna fil-Punent egoisti.

Ilkoll nafu li qed ngħixu fi żmien fejn ħafna affarijiet huma disposable, tuża u tarmi, ibda mill-ħrieqi tat-trabi sal-blades li bihom inqaxxru l-leħja u tista’ tibqa’ sejjer fuq elf ħaġa oħra. Imma ftit li xejn nirriflettu dwar kemm jeżistu nies li wkoll huma disposable! Fil-fatt l-awtur Rey Chow, tikkwota minn ktieb ieħor li jgħid li l-ikbar forma ta’ faqar fid-dinja tal-lum, speċjalment fil-pajjiżi sotto-żviluppati, hi l-miljuni ta’ nies li huma żejda… ħadd m’għandu bżonnhom, huma disposable, u l-prospetti għalihom huma li jkunu eliminati b’metodi li huma mhux biss vjolenti imma anke krudili. It-traġedja tal-hekk imsejħa boat people li kull tant żmien titla’ ’l fuq fuq l-aġenda tagħna, mhijiex ġdida. Il-fenomenu lili jfakkarni fis-snin sebgħin wara l-gwerra tal-Vjetnam meta l-istess, kien hemm eżodu sħiħ ta’ nies

M’hemmx paċi mingħajr ġustizzja u m’hemmx ġustizzja mingħajr verità. Ma jista’ jsir l-ebda diskors serju favur il-paċi jekk ma tkunx issir ġustizzja u jekk ma nkunux

6


L-isfida tal-Knisja fixxenarju tal-lum mhijiex l-iktar li tipprietka t-tama, daqskemm li tkun hi stess żerriegħa ta’ tama ġdida.

fil-verità dwar il-fatti. Min-naħa talkomunità politika internazzjonali jidher li għad m’hemmx, almenu b’mod ċar u determinat, politika globali biex twaqqaf l-emorraġija li qed tifni miljuni u miljuni ta’ nies. L-istil ta’ ħajjitna fil-Punent, mhedijin kif aħna bit-teknoloġija talinformatika u dejjem bl-aħħar żviluppi, ma jħalliniex noqogħdu niftakru f’kemm hawn gwerer għaddejjin bħalissa. Jiġifieri l-informazzjoni li hi globalizzata, saret differenzjata bħall-iskart li noħorġu wara l-bieb fi ġranet differenti. Iddrammi perpetwi ta’ popli sħaħ jaslu f’widnejna meta jsiru traġedji. Id-dinja llum ma nistgħux nibqgħu naqsmuha bejn dawk li jemmnu u dawk li ma jemmnux. L-abbiss il-kbir li qed jifred parti minn oħra tal-pjaneta hu l-umanità, fejn hemm u fejn m’hemmx. Hemm wisq partijiet mill-globu fejn il-wiċċ tal-umanità hu sfigurat. U dan hu xenarju apokalittiku. Il-Knisja llum jeħtieġ taħdem iżjed u tistinka biex il-ġustizzja sseħħ u biex il-verità tkun rispettata. Din hija d-dimensjoni politika tal-evanġelizzazzjoni li dwarha kien diġà saħaq il-Papa Pawlu VI

fl-Evangelii Nuntiandi (1975). IlVanġelu mhuwiex politika, imma Knisja li tinjora li l-pjaneta marida serjament, tkun tirriskja li l-fidwa li tipprietka tkun fittizja.

avvanzat, hemm dik tal-armamenti. U allura l-armi jservu biex itaffu l-kriżi finanzjarja tal-ftit, imma huma r-raġuni għalfejn il-gwerer ma jistgħux jieqfu.

Is-sistema eżistenti ekonomikufinanzjarju jippermetti lil 20% tal-umanità li tpappiha tajjeb bi 80% u iżjed tar-riżorsi. In-numri jinbidlu minn żmien għal żmien imma l-abbiss bejniethom jibqa’ dejjem skandaluż. Aħna ninkwetaw meta fl-Ewropa wara biebna nisimgħu fuq il-kriżi ta’ pajjiżi falluti li jingħataw bailouts, li għandhom qagħad allarmanti, li t-traġedja tagħhom hi li ma jaffordjawx jibqgħu jgħixu l-gidba ta’ ekonomija fittizja mibnija fuq id-djun.

Ngħidu x’ngħidu, dan hu xenarju ta’ apokalissi. Dawk l-eluf li jiġu ma’ xtutna, li aħna għandna l-obbligu morali u politiku li ngħinuhom iduqu t-tama li ġew ifittxu, huma t-tarf biss tal-marda ferm iktar serja li l-pjaneta qed tbati minnha. Għal dawk li jemmnu mbagħad, apokalissi tfisser ‘rivelazzjoni’. San Ġwann ukoll meta kiteb l-Apokalissi kien qed jindirizza xenarju traġiku fejn l-insara kienu qed iħossuhom mitlufa u mfixkla. Imma f’dik il-kitba, San Ġwann kien qed iwasslilhom is-sigriet mhux biss biex ma jitilfux it-tama, imma l-iżjed biex huma stess, bħala Knisja, ikunu t-tama. L-isfida tal-Knisja fix-xenarju tal-lum mhijiex l-iktar li tipprietka t-tama, daqskemm li tkun hi stess żerriegħa ta’ tama ġdida. Għal dan, imma, baqa’ triq twila. S’issa għadna parti mill-problema. Is-sejħa hi li nkunu parti mit-terapija.

Imma meta nimirħu lil hinn minn dan il-kontinent, ix-xenarju hu wieħed fejn ’il fuq minn miljard ta’ nies bħalna jridu jgħixu b’inqas minn ewro kuljum. Dan ifisser ġuħ u mewt, mhux qagħad. Dan biex ma nsemmux li fost l-industriji li l-iktar jirrendu lill-Punent sinjur u

7


Katekisti Kbar

Robert Aloisio

Il-Metodu

‘Dun ĠorĠ’ Dimostrazzjonijiet Prattiċi

REFERENZI: 1. GMJT, 7: “In-natura, mhux biss tat-tfal iżda anki tal-kbar, tixrob wisq fiha nnifisha meta għandha quddiemha eżempji jew ġrajja jew każijiet. Infatti għalhekk huwa wisq lodevoli l-użu li jagħmlu fil-kotba l-istampi għallgħajnuna tal-intelliġenza fuq is-suġġett.” 2. Maria Montessori (1870–1952), waħda mill-ikbar edukaturi ta’ żmienna, fost l-oħrajn ħolqot materjali li jgħinu lit-tfal isiru iktar midħla tal-liturġija, speċjalment il-quddiesa, u baqgħet tiżviluppahom sakemm mietet. Fl-1932 ħarġet ktieb bl-isem Mass Explained to Children. 3. Verbum Dei Caro Factum Est 4. Joe Galea, Segretarju Ġenerali talMUSEUM (2009). IL-ĠENSillum online. 5. Ibid. 6. Ħafna persuni li xi darba kienu l-Mużew jistaqsu lis-soċji, “Għadkom tagħmluha dik ta’ Wiċċ Kristu?” U t-tweġiba tkun iva. F’Ħamis ix-Xirka billejl, fl-oqsma tal-Mużew, jintrama inkwadru bixxbiha ta’ Wiċċ Kristu, imżejjen bil-fjuri, fid-dawl tax-xemgħa biss, għalladorazzjoni tas-soċji u t-tfal. 7. Anon. (http://gimghakbira.110mb.com) 8. John Formosa. Kalendarju Museumin 2009, p.18 9. GMJT, 30: “Fil-lok assenjat għattagħlim regolari jagħtu wisq għajnuna għall-intelliġenza xi inkwatri istruttivi imdendlin mal-ħitan, bħalma huma l-Kruċifiss, xi ġrajja mill-ħajja ta’ Kristu, xi simboli tal-virtù jew tal-vizzju, inkella xi sentenzi stampati ta’ tagħlim.” 10. Dan is-soċju jissejjaħ is-Servjent talArloġġ.

Id-dimostrazzjoni prattika jew object lesson kien mod pedagoġiku popolari fit-tieni nofs tas-seklu dsatax fl-iskejjel Ingliżi u Amerikani. F’dimostrazzjoni prattika ideali, l-għalliem kien jimxi mill-konkret għall-astratt, billi jibda blistudju tal-oġġett materjali u jibda ħiereġ ftit ftit ’il barra biex jinkludi t-tifsiriet kollha possibbli. Dun Ġorġ ma kienx jagħmel object lessons kif nifhmuhom tradizzjonalment, għalkemm kien favur l-użu tal-istampi 1 fil-lezzjonijiet, imma kien joħloq avvenimenti jew azzjonijiet paraliturġiċi li fihom kienet issir dimostrazzjoni prattika tal-messaġġ li ried iwassal.2 Għal Dun Ġorġ mhux illezzjoni biss kienet okkażjoni ta’ tagħlim. Huwa kien jgħallem dejjem u b’kollox.

u f’ħames postijiet oħra madwar id-dinja: l-Awstralja, il-Kenja, il-Perù, l-Ingilterra u l-Albanija. “Il-Milied kellu tifsira speċjali għal Dun Ġorġ. Ma kinitx biss festa tattfal, iżda tat-tfal u tal-kbar flimkien, għax aħna lkoll ġejna mifdija minn Kristu, l-Iben t’Alla li sar bniedem. Bħal San Franġisk, li 700 sena qabel ħassu mqanqal biex jagħmel l-ewwel presepju, Dun Ġorġ lejn Diċembru tas-sena 1921 ried jiċċelebra Milied speċjali”.4

Dun Ġorġ ried li t-tfal u s-soċji f’lejlet il-Milied joħorġu mat-toroq ta’ Malta jgħajtu l-aħbar li Ġesù Bambin twieled għalina. Ix-xewqa L-Inkarnazzjoni tal-Iben t’Alla fil-persuna tiegħu kienet li dawn joħorġu bħal ta’ Ġesù Kristu kienet ċentrali fil-ħsieb f’purċissjoni bix-xemgħa f’idejn it-tfal ta’ Dun Ġorġ. L-istess badge tas-soċji, li u l-weraq tal-palm u ż-żebbuġ, iduru oriġinarjament Dun Ġorġ m’għamilhiex mat-toroq kollha u jkantaw innijiet bħala distintiv għalihom imma ried li tal-Milied. Riedhom ukoll li jgħidu jilbisha kulħadd, hija stqarrija ta’ dan lil xi rġiel biex jiġu jimxu magħhom. 3 it-twemmin li Alla sar bniedem. Sa mill- Il-format tal-purċissjoni bil-Bambin ewwel snin tas-Soċjetà, Dun Ġorġ ħolom baqa’, tista’ tgħid, dejjem l-istess sa li f’kull belt u raħal f’Malta, lejlet il-Milied, żmienna. tiġi organizzata “Dimostrazzjoni ad unur ta’ Ġesù Bambin”. L-ewwel purċissjoni bil- “L-idea ta’ Dun Ġorġ li jintroduċi din Bambin saret fl-1920 fil-Ħamrun, u f’qasir il-purċissjoni kienet li n-nies jirriflettu żmien qabdet ma’ Malta kollha. Illum iktar dwar l-imħabba ta’ Alla li sar din issir f’66 lokalità f’Malta u Għawdex wieħed minna. U dan għamlu b’mod

8


ġdid u sempliċi li tant intgħoġob li l-purċissjoni għadha tattira n-nies sallum.”5 Dimostrazzjoni oħra prattika kienet li għall-Milied kull tifel u tifla li jattendu l-M.U.S.E.U.M. jieħdu magħhom iddar, grotta b’Ġesù Bambin. Żmien liturġiku ieħor importanti għall-Knisja huwa r-Randan u l-Għid. Fl-oqsma tal-MUSEUM ukoll isiru diversi “dimostrazzjonijiet prattiċi” f’dan iż-żmien li jgħinu lil dak li jkun jifhem iktar x’ikun qed jiġi mfakkar jew iċċelebrat. U mhux la kemm wieħed jinsiehom!6 “Tul ir-Randan is-Superjur kien jiġborna u jgħaddilna r-rakkont tal-Passjoni ta’ Ġesù. U biex jgħin aktar, ħalli l-messaġġ jidħol fina sew, kien jinqeda bis-slides jew filmin... Il-Mużew kien jieħu xejra ta’ ġabra. F’Ħadd il-Palm, wara li kienet tispiċċa l-Unjoni, is-Superjur kien jitlob biex il-preżenti jagħtu daqqa t’id biex jitneħħew l-inkwadri u jitniżżel il-Kurcifiss kbir li matul il-jiem tassena kien ikun imdendel mal-ħajt fil-kappella. Tista’ tgħid li f’radda ta’ salib, qabel immorru l-passiġġata, il-kappella kienet tkun għerja minn kollox, ħlief għall-Kurċifiss. Fl-intrata tal-qasam kienet tintrama d-Duluri bix-xema’ u fjuri... L-għada t-Tnejn kien jibda s-silenzju u jibqa’ sejjer sa Sibt il-Glorja. Xejn kliem żejjed ħlief dak bżonnjuż. Flok il-qanpiena li ssejjaħ il-laqgħa kienet tintuża ċ-ċuqlajta. Il-kant li kien isir kien ikollu l-akkumpanjament tad-daqq baxx tal-armonju... Wara l-funzjoni ta’

Ħamis ix-Xirka konna niltaqgħu fiddisgħa ta’ bil-lejl biex hemm nagħtu qima lix-xbiha ta’ Wiċċ Kristu. Taħt is-salib kien jintrama kwadru fuq biċċa drapp vjola u l-preżenti kienu jsemmu dawk in-nies li raw il-Wiċċ ta’ Kristu. Imbagħad tingħata qima solenni lil dan il-Wiċċ. Fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira konna niltaqgħu biex kulħadd jgħid xi tagħlima mill-Passjoni ta’ Kristu u wara tingħata qima solenni lill-Pjagi ta’ Kristu. Għalkemm dawn il-qimiet isiru mis-soċji kull nhar ta’ Ħamis u Ġimgħa, però f’dawn il-jiem isiru b’mod aktar solenni... F’Ħadd il-Għid filgħodu konna nirċievu figolla forma ta’ ħaruf minn idejn is-Superjur.”7 Dun Ġorġ ħoloq numru kbir ta’ ċelebrazzjonijiet li jsiru fl-Oqsma matul is-sena fil-festi kbar tal-Knisja, li hu sejħilhom Programmi Speċjali u li ħafna minnhom għadhom isiru llum ukoll fl-Oqsma għalkemm f’verżjonijiet aġġornati. Uħud minn dawn huma verament sbieħ u jikxfu l-kapaċità kbira ta’ Dun Ġorġ f’dik li hija kitba ċelebrattiva. Fihom jinħass il-moħħ kreattiv tiegħu, kif ukoll is-sengħa pedagoġika tiegħu li, waqt li qed jiċċelebra, jgħallem b’mod interessanti u pjaċevoli, u ġeneralment jinvolvi lil kull wieħed li qed jieħu sehem fihom.8

imdendlin inkwadri b’tagħlima jew xi sentenzi stampati ta’ tagħlim.9 Wara l-Laqgħa ta’ nhar t’Erbgħa Dun Ġorġ għamel żmien iqassam l-“Istrixxa Dawl”, sentenza mill-Bibbja jew tal-qaddisin stampata b’ittri ftit kbar, u kien jgħid lis-soċji biex jagħmluhom inkwadri. Imma mhux hekk biss. Ried Kurċifiss kbir, daqs ta’ bniedem, fil-Kappella talQasam. Ried li f’kull Qasam ikun hemm arloġġ iżda mhux arloġġ kif nifhmuh issoltu. L-Arloġġ tal-Qasam mhuwa xejn ħlief ċimblu magħmul minn żewġ vireg jew pajpijiet tal-bronż imdendlin ma’ arkata żgħira. Soċju magħżul apposta 10 idoqqu kull kwarta biex min jisimgħu jgħid it-talb assenjata għal dik il-kwarta. Dawn il-ħsejjes kienu (u għadhom, fejn għadu jindaqq) iħallu impatt fuq it-tfal li jisimgħu t-tokki u jaraw is-soċji jieqfu u jitolbu.11 Fuq il-bejt tal-Qasam kien ikun hemm qanpiena bil-ħabel imdendel u li jiġi ġo xi kamra isfel, u t-tfal kien bil-pika min idoqqha.12 Ħafna tfal kienu jmorru kmieni wara l-bieb biex jilħqu jdoqquha. Emigrant Malti fl-Awstralja tant baqa’ jgħożż it-tifkiriet ta’ ċkunitu li kiteb poeżija “Il-Qanpiena tal-Mużew”. Fuq il-bejt ukoll Dun Ġorġ ried ukoll li tittella’ l-bandiera tal-Papa fil-Ħdud u l-festi.

Fost il-ħafna dimostrazzjonijiet prattiċi li Dun Ġorġ daħħal fil-MUSEUM nistgħu nsemmu ukoll ix-xemgħa u l-ħobż Barra dawn l-avvenimenti jew fl-Unjoni, il-ħames tokki tal-qanpiena azzjonijiet paraliturġiċi, Dun Ġorġ ried qabel l-Assenjatur, iċ-ċuqlajta, idli fl-oqsma tal-MUSEUM ikun hemm Dixxiplina, u l-bastun tad-direzzjoni. oġġetti li fihom infushom ikunu Magħhom nistgħu forsi nżidu ukoll dimostrazzjoni prattika tal-messaġġ il-lezzjonijiet li Dun Ġorġ kien jagħmel li ried iwassal. Huwa ried li mal-ħitan lis-soċji fiċ-Ċimiterju! Dimostrazzjoni tal-klassijiet tal-Qasam ikun hemm prattika ta’ “trab kont u trab terġa’ ssir”!

9


Katekisti Kbar

Spontanjetà, Umoriżmu u Imprevedibiltà Il-lezzjonijiet (ta’ Dun Ġorġ) kienu jkunu pjaċevoli bl-eżempji prattiċi, stejjer talqaddisin, u ma kienx nieqes minn xi ċajta. Kien jaf meta għandu jsaqsi, kien jaf meta għandu jkanta. Kellu qawwa kif jgħin l-immaġinazzjoni tas-semmiegħa tiegħu. Fuq kollox kien ivarja l-metodu, u dejjem kont tmur quddiemu tistenna dak li ma tobsorx.13 Dil-ħaġa hija rrakkomandata filmetodoloġija moderna għax l-attention span tan-nies tal-lum hija qasira u forsi iqsar minn qabel, u allura l-varjazzjoni tgħin fl-attenzjoni, speċjalment tat-tfal. Dun Ġorġ ma kienx jipprietka bħal wieħed li jkun studja xi lezzjoni. Kien jitkellem bil-kliem li jiġih f’moħħu dak il-ħin u ma kienx skematiku. Kien jaqbeż minn argument għall-ieħor u minn suġġett għall-ieħor tant li hu stess qal fuqu nnifsu: “Qisni spiżjar, kemm inħawwad!” Tant li ġieli tħawwad u nesa fejn ikun wasal f’li qed jgħid. Imma ma tantx kien jikkonfondi. Kien jistaqsi lin-nies “X’konna qed ngħidu?” u kien ikompli bil-kalma kollha.14 Dun Ġorġ ġieli kien idaħħal ukoll il-kant u l-mużika15 fil-lezzjonijiet tiegħu. Kien ukoll iħobb “jaqbad man-nies”!

“Dun Ġorġ kien iħobb jiċċajta ħafna biex idaħħak u n-nies ma kinux jieħdu għalihom meta jiċċajta magħhom... Billi dawn aktarx kienu joqogħdu lura (ipoġġu fin-naħa ta’ wara tal-knisja) kien jgħidilhom, ‘Itilgħu ’l fuq, qiskom qabda ġbajjar.’ Dawn kienu jaqbdu jidħku, iżda kienu jiċċaqalqu u jsibu postijiet iżjed ’il fuq biex jisimgħu aħjar...”16 “Darba minnhom ċerta waħda Ġużeppina Farrugia ‘ta’ Peppina tal-Buż’ kienet ġejja bil-lajma għallaqgħa u Dun Ġorġ lemaħha ġejja u qalilha: “Katarina, isa ħaffef għax se jispiċċa r-rożolin!” Dan ir-rożolin kien speċi ta’ xorb ħelu.”17 Mas-soċji tal-MUSEUM kien jiċċajta iktar “goff” għax kien iħossu qiegħed fil-familja tiegħu, kif fil-fatt kien. Vitor Catania18 jirrakkonta kif darba fil-Laqgħa tal-Erbgħa li kienet issir filKnisja ta’ Sarria l-Furjana kien imiss it-turn tiegħu biex Dun Ġorġ jaqbad miegħu! Billi kien suldat19 stazzjonat il-Belt ma kienx jilħaq imur id-dar (in-Naxxar) ibiddel l-uniformi qabel il-laqgħa u kien imur dritt Sarria.

10

Darba Dun Ġorġ fil-laqgħa staqsa għalih. Vitor għolla idu u Dun Ġorġ qajmu bil-wieqfa. Kif rah bl-uniformi ta’ suldat, qallu: “Eh fanfarun, tippretendix li int il-Ġeneral tar-Re Vittorio Emanuele? Itla’ fuq is-siġġu. Dur tliet darbiet ħa jarawk aħjar!” Vitor għamel kif qallu u ma tkellem xejn. Kif spiċċat din il-“pantomima” Dun Ġorġ qallu: “Lili ma tkellimx, ja supperv? X’ħin tispiċċa l-laqgħa rrid inkellmek.”20 Vitor ma ħax għalih għax “Dun Ġorġ ma’ kulħadd hekk kien jagħmel!” Waqt il-laqgħat ta’ nhar t’Erbgħa, lil xi soċju b’vuċi sabiħa, Dun Ġorġ biex jiċċajta ġieli qallu li għandu vuċi ta’ kanonku jew ta’ granmastru. Ġieli kien jagħżel xi sentenza millIskrittura, xi drabi bil-Latin, u kien iġegħilhom jgħiduha warajh, b’ċerta kantaliena, qishom tfal tal-iskola. Imbagħad kien ifissirhielhom. Iċ-ċajt kien iservih biex jikser it-tensjoni li kien joħloq il-kliem persważiv tiegħu, u anki biex iserraħ lis-semmiegħa għajjenin wara ġurnata xogħol jew skola. Ma kienx ikun hemm post


bilqiegħda għal kulħadd. Biċċa millpreżenti kien ikollhom joqogħdu fuq it-taraġ tal-altar jew fl-art. Minkejja r-rassa u l-qagħda skomda tal-preżenti, hu kien jirnexxilu jżomm lil kulħadd attent. Ġieli qabeż is-siegħa jitkellem, u ma kienx jieqaf kieku ma kienx jara xi soċji ħirġin biex jilħqu l-karozza tal-linja, u kieku ma kinux jiġbdulu l-attenzjoni xi tliet darbiet bil-kliem: ‘Sinjur sar il-ħin.’21 Borg jirrakkonta ukoll li fil-bidu tas-Soċjetà, xi soċji Karkariżi kienu jiltaqgħu f’razzett qabel ma kellhom qasam, u Dun Ġorġ kien imur ikellimhom hemm. “Meta kienu jispiċċaw, Dun Ġorġ kien jinża’ ħafi u joqgħod itellaq mas-soċji flgħelieqi ta’ Ġanni Pace. Kultant kien imur kmieni l-Ħadd u fost il-ferħ ta’ kulħadd xi erba’ soċji jerfgħuh fuq l-idejn u jdawruh mal-għalqa kollha.” Mat-tfal u ż-żgħażagħ lanqas ma kien joqgħod lura milli jiċċajta bih innifsu. Darba superjur “ġibed l-attenzjoni ta’ Dun Ġorġ għax kien qiegħed jiġbed xi ftit fit-tul, ‘Dawn it-tfal, imsieken, sarilhom il-ħin, iridu jmorru u l-ġenituri jkunu jistennewhom.’ Minħabba f’hekk Dun Ġorġ dar fuq it-tfal u qalilhom, ‘Jekk il-ġenituri jistaqsukom għax domtu għidulhom li llum kien qed jgħallimna Dun Brimbu!’” Meta waqt xi kelmtejn, kien jara xi tifel jongħos u jagħti bir-ras, jew xi uħud distratti, kien jara x’jivvinta biex jiġbed l-attenzjoni tagħhom. Mhux darba stedinhom jagħmlu tal-ġigġifogu, billi jdawru idejhom dawra tond, u hu jagħmel bħalhom, u b’ħalqhom jagħmlu

l-ħoss tar-raddiena. Imbagħad, kważi b’ħasda, kien jordnalhom is-skiet, u kwieti u attenti, jissuktaw jisimgħu l-lezzjoni. Kien hemm min kiteb ukoll li fis-Sajdiet ġieli vvinta speċi ta’ festa bl-ilħna ta’ min ibigħ il-pastizzi, il-qubbajd u l-festa tal-ġiġġifogu.22 Victor Delicata23 jgħid li “t-tfal kienu verament iħobbuh (lil Dun Ġorġ) għax kien jaf imur magħhom, ċajta jgħidhielhom u l-hena tiegħu jqassmilhom il-ħelu wara l-lezzjoni li jkun għamlilhom.”24 Il-psikoloġi jemmnu li l-umoriżmu huwa mod eċċellenti ta’ komunikazzjoni soċjali. Philip Dessauer jgħid: “L-umoriżmu huwa l-kriterju ta’ libertà ġewwiena, ta’ moħħ miftuħ, ta’ relazzjoni b’saħħitha.” Kliem li, bla dubju ta’ xejn, joqgħod ħafna fuq Dun Ġorġ. Huwa kien jagħti importanza kbira lir-“riċetta prezzjuża ta’ Dr Smith”: “Dan it-tabib Irlandiż, bniedem reliġjuż, meta kien jikteb lill-morda tiegħu r-riċetta tal-mediċina, taħt kien jikteb ukoll dawn it-tliet kelmiet: Quiet, diet and merriment. Din hija r-riċetta ordinata mhux biss għassaħħa tal-ġisem, iżda wkoll għassaħħa tar-ruħ.” 25 Socju anzjan fl-1960 kiteb hekk: “Dawn it-tliet kelmiet jiġbru regola mill-aħjar għas-saħħa, mogħtija minn tabib gwapp. It-tliet għajnuniet jinsabu fost ir-regolamenti tas-Soċjetà tagħna.”26 Serracino Inglott jgħid li l-importanza kbira li Dun Ġorġ ta lil din is-sentenza kienet waħda millaffarijiet li l-iktar impressjonawh meta qara l-ħajja ta’ Dun Ġorġ.

11

REFERENZI: 11. Franġisku Schembri (2008): “Meta bħala tifel bdejt nattendi fil-Museum, kont inħossni nistagħġeb nara wieħed mis-soċji minn ħin għall-ieħor idoqq fuq il-vireg tal-Arloġġ. It-tokki kont inħosshom jippenetraw f’qalbi iżda aktar kont nimpressjona ruħi bil-fatt li mad-daqq kont nara l-kbar jinġabru biex jgħidu t-talb.” (Kalendarju Museumin 2008, p. 197) 12. “F’ waħda mill-arkati (tal-Qasam ta’ Ħal Qormi) kellhom imdendla l-qanpiena li ssejjaħ lit-tfal għad-duttrina ta’ kull filgħaxija. Din kienet saret il-mira tattfal, li kien l-hena tagħhom jissuttawha biex joqogħdu jisimgħuha ddoqq!” (www.cittapinto.com) 13. Paul Calleja (1975). Dun Ġorġ Katekista. Pastor p.275 14. Darba kien qed jipprietka fil-Knisja tal-Madonna tas-Samra l-Ħamrun... u nesa fuqhiex kien qed jitkellem. Bla ma kkonfonda xejn, Dun Ġorġ staqsa lin-nies: ‘X’konna qed ngħidu?’ Waħda mara fakkritu, u hu bil-kalma kollha kompla l-prietka. Xħin daħal fissagristija, kien hemm qassis li qallu: ‘Dak il-ħin kif ma tatekx puplesija?’ Imma Dun Ġorġ, minn hemm baqa’ sejjer il-Mużew, u beda jidħak jirrakkonta fuq li ġralu. 15. Dun Ġorġ “Il-mużika mhix ta’ min jipprojbiha.” (Teżor ta’ Missirijietna, 213) 16. Ġorġ Borg, 17. Arthur Grima, Il-Beatu Dun Ġorġ Preca u Bengħisa, ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 2001. 18. Eks-soċju tal-MUSEUM min-Naxxar. Twieled fl-1924. Kien Superjur talQasam tan-Naxxar. 19. Fl-ewwel snin ta’ wara l-Gwerra. Sal1948 kien għadu suldat. 20. Tagħrif mogħti lill-awtur minn Leli Catania (ħu Vitor), 18 ta’ Lulju 2011 21. Kan. Ġ.Caruana lil Bonnici (1989). p.171 22. Kan. Anton Mallia Borg (2007): “Dun Ġorġ kellu tattika meta taħdita kienet ser taqbeż il-limiti tal-ħin. Arah jivvinta speċi ta’ festa bl-ilħna ta’ min ibigħ il-pastizzi, il-qubbajd u l-festa tal-ġiġġifogu. Waqt li kienet tintemm it-tensjoni tas-semmiegħa, arah ikompli l-lezzjoni.” (www.bazilikasantelena.com) 23. Superjur Ġenerali tas-Soċjetà (1983-2009) 24. Kalendarju Museumin 2008, p.6 25. Gabinetti Museumini, nru. 26. Kalendarju Museumin 1960, p.50.


Studju

Fr Andrew Galea ofm conv.

L-Ewwel

Tħabbira

S

kont id-diversi interventi ekkleżjali malajr nindunaw li l-‘Evanġelizzazzjoni l-ġdida’ trid tieħu l-forma tal-‘Ewwel tħabbira’. Ġa Papa Pawlu VI kien tenna li ma teżistix evanġelizzazzjoni ġdida mingħajr tħabbira espliċita tal-Vanġelu (cf. EN, n. 42). Huwa meħtieġ qatigħ li fil-kuntest soċjali tal-lum, l-evanġelizzatur jeduka għal dawk li huma l-valuri, però l-evanġelizzazzjoni ma tkunx kompluta jekk wieħed ma jgħidx li dawn il-valuri jsibu l-milja tagħhom fil-persuna ta’ Ġesù Kristu. Hekk kif il-filantropija mhux neċessarjament hija mħabba Nisranija, l-istess l-edukazzjoni għall-valuri weħidha mhix evanġelizzazzjoni. Jista’ jiġri

li minħabba prudenza żejda, jew inkella minħabba l-biża’ li lil min jitħabbar il-messaġġ tal-Vanġelu, jieqaf jisma’ hekk kif il-messaġġ jieħu konnotazzjonijiet reliġjużi, il-persuna ta’ Ġesù Kristu ma tiġi mxandra qatt. L-ewwel tħabbira hija meta xi ħadd jisma’ fuq Ġesù għall-ewwel darba, b’mod li dak li jisma’ jqanqlu biex jibda jaħsibha biex jibda jimxi warajh. Fl-ewwel żminijiet talKnisja, din it-tħabbira kienet tiġi kronoloġikament l-ewwel minħabba li ħafna drabi l-persuna ma tkun semgħet qatt qabel dwar Ġesù. Filproċess tal-inizjazzjoni Nisranija dan jiġi l-ewwel pass, wara kienet isseħħ

12

xi forma ta’ konverżjoni inizjali lejn il-persuna ta’ Ġesù, u wara dan kien jibda proċess ta’ katekeżi li jwassal għall-magħmudija. Spiss l-ewwel tħabbira kien ikollha forma sempliċi ħafna u kienet twassal messaġġ ċar ħafna: li Ġesù għex, miet u qam għas-salvazzjoni tad-dinja. Illum mhux neċessarjament li l-persuna ma tkun qatt semgħet dwar Ġesù. Fil-kuntest Malti, xorta jibqgħu ħafna dawk li semgħu dwar Ġesù jekk xejn ikunu semgħu bil-Knisja tiegħu, imma spiss jiġri li din l-istess esperjenza tkun ta’ detriment għallistess laqgħa ma’ Ġesù. Ġudizzji u preġudizzji fuq l-għajxien tal-Knisja ħafna drabi jiddeterminaw wieħed x’idea jkollu tal-fidi.


REFERENZI: 1. Xavier Morlans – Walter Ruspi, Conclusioni, in “Consilium Conferentiarum Episcoporum Europae CCEE” www.ccee.ch/ressourcen/ download/20090518105618.doc, 9. 2. Cf. Conclusioni, 2.

Għalhekk illum l-‘Ewwel Tħabbira’ tista’ tiġi mifhuma bħala “L-ewwel darba li dik it-tħabbira tagħmel sens għall-persuna li tismagħha”. Jista’ jkun li iva wieħed ikun sema’ fuq Ġesù imma jkun għadu ’l bogħod ħafna milli jifhem u jħoss li dan Ġesù jista’ jaqleb ta’ taħt fuq il-ħajja tiegħu. Jista’ jkun li wieħed ikollu ħjiel li dan Ġesù kien bniedem b’kariżma partikolari, li kien viċin ilbatut u d-dgħajjef, li bena struttura ta’ ħsieb imsejsa fuq valuri pożittivi, imma ħadd ma jkun għadu qallu li Ġesù jista’ jsalvah, jista’ jagħti togħma tajba lill-ħajja tiegħu. Fi kliem sempliċi jkun għadu qatt ma ltaqa’ ma’ Ġesù ħaj, li esiġenti kemm tridu imma jagħti ħelsien li ħadd bħalu ma jista’ jagħti. F’diversi interventi ekkleżjali, ilKnisja tgħid min huma dawk li llum ikunilhom ta’ ġid li jisimgħu din l-ewwel tħabbira. Naraw li l-Knisja m’għadhiex taħseb li l-ewwel tħabbira hija biss għal dawk li qatt ma semgħu bi Kristu. Fil-konklużjonijiet

tal-Kungress tal-Kunsill tal-Isqfijiet Ewropej tal-2009, naqraw: “Bl-espressjoni l-‘Ewwel Tħabbira’ nifhmu dawk l-azzjonijiet evanġelizzaturi speċifiċi, spontanji jew organizzati, magħmula minn individwi jew gruppi, li jkollhom l-għan li jħabbru l-messaġġ ewlieni tal-Vanġelu – Kristu rxuxtat medjatur tal-komunjoni ma’ Alla – lil min ma jafx lil Ġesù, lil min kien xi darba jafu imma b’xi mod huwa llum imbiegħed, lil min jaħseb li jafu imma jgħix fidi superfiċjali. L-iskop ta’ dawn l-azzjonijiet huwa dak li jqanqlu filpersuna xewqa fil-persuna ta’ Ġesù, hekk li jasal għall-konverżjoni tal-bidu u jħaddan il-fidi”.1 Jekk niflu sewwa din id-definizzjoni malajr nindunaw li l-‘Ewwel Tħabbira’ m’għadhiex riservata biss għal min mhux mgħammed. Infatti, l-istess Kungress jagħtina lista ta’ min huma dawk li għandha titħabbrilhom. Fil-bidu tal-lista nsibu l-atei, kemm dawk li b’xi mod qed ifittxu xi verità u kemm

13

dawk li huma ostili għall-idea ta’ Alla, l-anjostiċi u l-indifferenti. Warajhom insibu l-imgħammda imma li huma ’l bogħod mill-esperjenza tal-fidi. Imbagħad għandna lil dawk li huma mgħammda imma li l-esperjenza talfidi tagħhom hija biss waħda kulturali u soċjoloġika, u fl-aħħar għandna lil dawk li jipprattikaw il-ħajja Nisranija f’ċerti okkażjonijiet biss, mingħajr qatt ma waslu jagħmlu esperjenza ta’ Ġesù bħala feddej tagħhom.2 Hekk mifhuma l-“Ewwel Tħabbira” trid tkun il-fundament ta’ kull azzjoni pastorali, anke tal-katekeżi. Bosta drabi dawk li jiġu għall-katekeżi jkun għad ma kellhomx esperjenza qawwija u sabiħa ta’ Ġesù. Qabel kull tagħrif u tagħlim dwar Ġesù, irid ikun imxandar Hu, li kapaċi jbiddel id-dlam f’dawl. Kemm immorru mqarrqa jekk naħsbu li l-persuni li niġu f’kuntatt magħhom ġa ltaqgħu ma’ Ġesù! Ovvjament kull min ixandar l-ewwel irid jidħol ftit fih innifsu u jgħid: “Jien iltqajt miegħu? Naf li Hu ħaj? Xi nbidel f’ħajti hekk kif skoprejt li Hu ħaj?“


Minn idejn l-Artist

Tonio Caruana

il-Kurċifiss

l-abjad

M

in jaf kemm-il kurċifiss rajna f’ħajjitna! Min jaf kemm-il kurċifiss raw it-tfal li jattendu filklassijiet tat-tagħlim, imma forsi l-aktar ħaġa li m’għandux jiġrilna quddiem ix-xbieha tal-kurċifiss hija li nidrawha. Huwa proprju minħabba f’din ir-raġuni li xtaqt nippreżenta din il-pittura tal-artist Marc Chagall, imwieled fil-Belarus fis-7 ta’ Lulju tal-1887 u miet f’Pariġi fit-28 ta’ Marzu tal-1985. Interessanti wkoll li riċentement, il-Q.T. il-Papa Franġisku rrefera għal din il-pittura bħala dik favorita tiegħu. Chagall lesta din l-opra fl-1938, xogħol biż-żejt fuq it-tila, 154.3 x 139.7 cm u tinsab fl-Istitut tal-Arti ġewwa Chicago. Meta wieħed iħares u jqabbel din ilpittura ma’ xogħlijiet oħra tal-istess artist, żgur li jinduna li kuntrarju għan-norma, Marc juża inqas ilwien milli juża fl-opri l-oħra tiegħu. Din il-pittura għandha numru ta’ elementi kateketiċi li nixtieq li nirrifletti fuqhom. Element fundamentali tal-kateketika huwa li int titlaq minn fejn hi l-udjenza

tiegħek. Din il-pittura tgħinna nagħmlu proprju dan, għax minflok ma tippreżentalna kurċifiss kif aħna, li twelidna f’din il-fidi, mdorrijin bih, hu jippreżentalna ’l Kristu minn kif iħares lejh persuna ta’ nazzjonalità u twemmin Lhudi. Element ieħor importanti għallkatekeżi hu li nirrelataw dak li sar fl-imgħoddi ma’ dak li qed jiġri llum. Fi kliem ieħor, irridu nkunu kapaċi li nassoċjaw u nagħmlu relevanti l-Istorja tas-Salvazzjoni. Ma rridux biss nirrakkontaw il-ġrajja li ġrat eluf ta’ snin ilu, imma kif din twieġeb għall-esperjenzi li ngħaddu minnhom illum.

14

It-tielet u l-aħħar element li se nsemmi f’dan l-artiklu huwa l-bżonn li fil-katekeżi aħna nħabirku biex nilbsu ż-żarbun tal-udjenza tagħna, hi min hi u hi fejn hi. X’hemm daqshekk uniku f’din il-pittura ta’ Marc Chagall? Bla tlaqliq ngħidu li ħadd fl-istorja tal-pittura tal-Punent ma rabat u poġġa t-tbatija ta’ Ġesù ma’ dik tal-poplu Lhudi b’dan il-mod. Jekk Chagall għamel dan għall-poplu tiegħu, aħna rridu nagħmlu l-istess għall-ħajja tagħna; irridu norbtu t-tbatijiet ta’ Kristu msallab mas-salib u mal-esperjenza tagħna ta’ kuljum. Jekk naslu li nagħmlu dan, allura


malli jmissna l-mard, l-inġustizzji, it-tbatija u saħansitra l-mewt, ma niġux wiċċ imb wiċċ mad-dubju u mal-espressjonijiet ta’ ‘Alla nsieni’, imma għall-kuntrarju, aħna naraw lil Kristu f’kull tbatija li aħna nġarrbu. Dan jidher evidenti ħafna fit-tnax-il panew li Marc ipoġġi madwar Kristu, u kull panew jitkellem minn xi forma ta’ tbatija, inġustizzja, tirannija u atti ta’ moħqrija tremenda li kellhom jgħaddu minnhom il-Lhud matul l-istorja riċenti tagħhom. Għalhekk aħna meta niltaqgħu mal-udjenza tagħna, normalment tfal, adoloxxenti u żgħażagħ - imma mhux biss - irridu nassoċjaw ruħna ma’ dak li jkunu qegħdin iġarrbu fil-preżent.

jmurx ’il bogħod elfejn sena, imma jterraq lejn ġrajja ħafna aktar riċenti. Meta wieħed jifli din il-pittura, jilmaħ numru ta’ persuni li qegħdin jippruvaw jaħarbu mill-qerda ssimbolizzata minn sinagoga taqbad. Dawn in-nies huma rappreżentattivi: artisti, għalliema u diplomatiċi li qegħdin jaħarbu mill-id li trid ixxejjinhom proprju minħabba l-professjoni, it-talenti jew it-twemmin tagħhom. Aħna wkoll irridu fil-katekeżi tagħna jimpurtana mill-persuni li hemm quddiemna. Aħna rridu nżommu dejjem

Normalment, meta aħna nħarsu lejn il-kurċifiss, innisslu fina sens ta’ sogħba għal dak li ġarrbu Ġesù u ommu Marija. Imma forsi Ġesù, aktar jixtieq li nnisslu sogħba u diqa għal tant persuni li minħabba l-kapriċċi ta’ min jiflaħ l-aktar, qegħdin ibatu tbatijiet tremendi li aħna ħafna drabi lanqas nistgħu nimmaġinaw. Kemm hawn minna jafu li f’dan is-seklu li għadda u f’dawn l-aħħar tnax-il sena tas-seklu li ninsabu fih, ġew maqtulin persuni minħabba xi forma ta’ twemmin jew orjentazzjoni ħafna aktar milli ġew maqtulin fid-dsatax-il seklu kollha ta’ qabilhom. Biex nagħti eżempju wieħed biss, kemm minna nafu li fil-konflitt li hawn bħalissa fis-Sirja nqatlu u sparixxew eluf ta’ persuni, fosthom żewġ isqfijiet Ortodossi? Permezz tal-pittura ta’ Chagall, aħna u nikkontemplawha, ħsiebna ma

15

quddiem għajnejna li s-‘suġġett’ tagħna mhuwiex idea u lanqas sillabu, iżda huwa persuna li tixtieq tiltaqa’ mal-bniedem fejn hu, biex tibni relazzjoni ma’ kull bniedem li l-ewwel u qabel kollox huwa maħluq fuq suret u xbihet DAK stess li aħna nħabbru. Għalhekk aħna rridu ‘nilbsu’ żarbun tal-persuna li lilha namministraw il-kelma biex b’hekk il-Kelma tkun tista’ millġdid tinkarna bħalma għamlet storikament darba fiż-żmien iżda tkompli bħalma għamlet ilbieraħ, tagħmel illum u tissokta għada.


Riżorsi

mil-librerija

Karmenu Borg

The Complete Fr Brown ta’ G.K. Chesterton Gilbert Keith Chesterton (1874-1936) kien wieħed minn numru ta’ kittieba Ingliżi li mhux biss kienu kkonvertew għar-reliġjon Kattolika, iżda użaw it-talent tagħhom sabiex ifiehmu u jwasslu l-messaġġ kattoliku. F’dan il-kuntest insibu lil Chesterton, kittieb kattoliku li f’nifs wieħed jiddevertik bil-kitba tiegħu u bl-ieħor jgħallmek. Il-ħsieb ewlieni ta’ Chesterton kien li n-nisrani jikber fil-fidi tiegħu meta juża s-sens komun. Xi drabi meta taqra lil dan il-kittieb tissorprendi ruħek dwar kemm jista’ jidher sekularizzat, narawh iġib fixxejn argumenti ibbażati fuq elementi preternaturali bħal dehriet u għeġubijiet, iżda mbagħad juża r-raġuni sabiex jagħti pedament sod għall-fidi. Għalhekk Chesterton insibuh jimxi fuq il-passi ta’ figuri kbar li raw armonija bejn fidi u raġuni, bħal San Tumas ta’ Akwinu u fi żmienna l-Papa Benedittu XVI. Iżda l-kitba ta’ Chesterton hija ukoll waħda divertenti u personalment l-aktar li nieħu gost naqra huma l-famużi stejjer ta’ Fr. Brown. Ditektif u qassis Il-karattru ħelu ta’ Fr. Brown huwa tipikament Chesterton mija fil-mija.

Saċerdot twajjeb, kultant donnu sempliċi żżejjed, iżda taħt id-dehra ġwejda tiegħu hemm moħħ jaħdem li kapaċi jgħarbel sew. Kuntrarju ta’ ditektifs oħrajn bħal Sherlock Holmes, li huwa donnu magna li taħdem biss bil-moħħ u mingħajr sentiment, jew ditektifs fittizji bħal Philip Marlowe ta’ Dashell Hammet, karattru ċiniku għallaħħar, Fr. Brown huwa ditektif li jara l-bniedem fil-kriminal. Ħafna drabi l-każijiet li jsib ruħu fihom isolvihom b’taħlita ta’ umanità u sens komun. Fuq kollox huwa karattru li jaf x’inhu l-ħażen u l-każijiet mhumiex tant attentat sabiex jinqabad il-kriminal, iżda sabiex jiġi salvat il-bniedem li hemm fil-kriminal. M’jienx ser nagħti eżempji ta’ dawn ilkażijiet, inħalli f’idejn il-qarrejja sabiex jidħlu fihom. Però nixtieq insemmi tliet affarijiet li jistgħu jikkonfonduna daqsxejn. L-ewwel, kif semmejt, Fr. Brown narawh iżarma kull każ ta’ affarijiet preternaturali bħal dehriet, preżenzi ta’ iħirsa u ‘xjaten’, mirakli li jkunu frott il-qerq, iżda fl-istess waqt iwassal il-karattri u l-qarrej magħhom

Ħsieb tal-Aħħar:

Il-Qarrej Malti

Sfortunatament jidher li l-Maltin fl-Ewropa huma l-aktar li jixorbu soft drinks u lanqas li jaqraw. Inħoss li din id-diffikultà tagħna mal-qari hija problema akuta. Biżżejjed tara dibattiti u diskussjonijiet suppost serji fuq it-televixin, sabiex tinduna kemm

l-opinjoni Maltija hija street wise iżda mhux informed. Personalment nemmen li meta bniedem ma jaqrax, kif jiftaħ ħalqu jinqabad, għalhekk tajjeb li naqraw u ninkoraġġixxu l-qari, minflok inkomplu nagħtu fehmiet li ftit li xejn ikunu informati.

16

lejn is-sopranatural, jiġifieri Alla u l-fidi, il-veritajiet sbieħ tal-Knisja u l-messaġġ salvifiku li kull nisrani għandu jgħaddi lill- oħrajn. Għal bosta Maltin din tista’ tkun sorpriża, iżda Chesterton kien jaf jixxokkja lill-Insara sabiex jemmnu aħjar. It-tieni punt huwa dak li l-Ingliżi jsejħulu ‘sense of humour’. Dawn l-istejjer huma mimlijin ċajt fin li jġiegħlek taħseb u titbissem. Din hija kwalità Ingliża nieqsa minna l-Maltin, li iktar imdorrijin b’ċajt fiżiku jew, agħar, magħmul sabiex jinsulta lill-avversarji. Għalhekk jista’ jkun li wieħed jaħarbulu ċerti dettalji u ironiji, hekk ngħidu aħna eżempji li jidhru razzisti u intolleranti, jkunu fil-verità qegħdin hemm sabiex juru l-maqlub. U t-tielet punt, billi dawn inkitbu qabel il-gwerra, ċertu preġudizzji lejn nies ta’ nazzjonalità, reliġjon jew fehmiet differenti illum mhumiex aċċettabli, madanakollu wieħed irid jifhem l-umoriżmu mhux politikament korrett ta’ Chesterton. Jiena nistieden lill-qarrejja jiskopru lil Fr. Brown, huwa ħabib li jaf jagħtik pjaċir bil-kumpanija tiegħu, jgħallmek u jżommlok kumpanija tajba. Dawn il-kotba flimkien ma’ ħafna oħrajn tista’ ssibhom fil-librerija tas-self li tinsab fid-Dar Ġenerali tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija. Għal aktar informazzjoni żur

www.sdclibrary.org


Ċentru tar-riżorsi

segretarjat għall-katekeżi, L-istitut kattoliku, furjana Albert Mercieca

La Fede dei Giovani TRENTI, Zelindo ELLEDICI, 2003

La Fede dei Giovani jittanta jinterpreta ż-żgħażagħ ; jazzarda jindaga fid-dinja interjuri tagħhom, hemm fejn l-aspirazzjoni hija aktar qawwija mill-evażjoni; hemm fejn il-provokazzjoni tal-fidi tiġġedded u toħloq konflitt magħha, fejn tasal biex taċċettaha jew tiċħadha. Il-kondizzjoni żagħżugħa hija studjata fl-aspett tagħha li jagħti tifsira, dak li fih iż-żgħażagħ ifittxu l-identità tagħhom. Għal dik li hija maturità fil-fidi, tifforma l-kundizzjoni edukattiva globali li tiġġustifika l-mixja fil-fidi, li tagħha s-soċjetà għandha l-ewwel responsabbiltà. Fl-ipotesi mressqa f’dan il-ktieb, il-mixja hi msejsa fuq tliet waqtiet ewlenin : il-proposta organika; l-għażla tal-istrateġiji u r-responsabbiltà tal-Komunità li ż-żgħażagħ joperaw fiha.

The Discovery of the Child

lay ministry: A Theological, Spiritual & Pastoral Handbook

MONTESSORI, Maria The Random House, 1967

Catholic Social Teaching PENNOCK, Michael Ave Maria Press, 2007

RADEMACHER, William J St. Paul Publications, 1991

Fil-ktieb tagħha The Discovery of the Child, Maria Montessori marret lil hemm mill-konvenzjoni tal-lum sabiex tipprova ssib mod ġdid kif issir taf u tħobb lit-tfal. F’dan ix-xogħol hija tispjega n-natura tat-tfal u l-metodu tagħha kif taħdem aktar fil-fond u komplut fil-ġibda tagħhom lejn it-tagħlim. Dan huwa xogħol fundamentali fl-edukazzjoni ta’ din l-awtriċi awtorevoli fuq issuġġett tal-edukazzjoni.

Fil-ktieb Catholic Social Teaching wieħed għandu Lay Ministry jisvela l-kunċett jsib tliet argumenti bażiċi : għall-Kattoliku medju li l-kostanza l-ewwel għandna teżor ta’ tat-tradizzjoni hija bla dubju l-aktar informazzjoni fuq kwistjonijiet ċara. L-awtur jeħodna minn Mosè morali u etiċi li s-soċjetà tal-lum sa San Pawl, minn Sant’Injazju qegħda taffaċċja; it-tieni talb sa Gregorju VII sa Ġwanni Pawlu ta’ riflessjoni u riferenzi oħra II, fejn isegwi kemm il-mogħdija għat-Tagħlim Kattoliku Soċjali teoloġika u kemm il-prattika li llum kontemporanju u klassiku; imexxu l-ministeru fil-Knisja. Ilsuġġerimenti prattiċi li mixja hija waħda li ftit huma dawk jinkuraġġixxu biex persuna blil-Kattoliċi li kellhom l-okkazjoni għemil tagħha tagħti kontribut jagħmluha u li r-riżultat aħħari siewi li jagħmel impatt fid-dinja huwa ferm differenti minn dak li ta’ madwarha. aħna mdorrija bih.

Ħinijiet tal-ftuħ taċ-Ċentru tar-Riżorsi tas-Segretarjat għall-Katekeżi OTTUBRU-MEJJU FILGĦODU FILGĦAXIJA

It-Tnejn 9:00 - 12:00 Magħluq

ĠUNJU-SETTEMBRU FILGĦODU 9:00 - 12:00 FILGĦAXIJA Magħluq

17

It-Tlieta L-Erbgħa Il-Ħamis 9:00 - 12:00 9:00 - 12:00 Magħluq 17:30 - 19:30 Magħluq 17:30 - 19:30

Il-Ġimgħa 9:00 - 12:00 Magħluq

Magħluq Magħluq

9:00 - 12:00 Magħluq

9:00 - 12:00 Magħluq Magħluq Magħluq


Inklużjoni

Edward Wright

Diżordnijiet

soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba Kollha kemm aħna nixxukkjaw ruħna meta fil-media nisimgħu u naraw attakki vjolenti ta’ studenti fuq għalliema, ulied fuq ġenituri, adolexxenti fuq tfal jew saħansitra tfal fuq tfal oħra. Matul is-sena li għaddiet nistgħu ngħidu li d-dinja kollha waqfet u baqgħet issummata u xxukkjata quddiem traġedji kbar li fihom rajna sparar fuq studenti u għalliema minn student ieħor li ġeneralment ikun membru ta’ dik l-iskola għal numru ta’ snin. Anki f’Malta kellna u qed ikollna, sfortunatament, każijiet ta’ vjolenza fuq għalliema, li f’uħud minnhom jidħlu wkoll il-ġenituri. Wieħed jista’ jgħid li dawn huma każijiet estremi u rari ħafna, li hu veru. Però huwa fatt ukoll li każijiet bħal dawn għandhom ukoll xi forma ta’ rabta mal-preokkupazzjoni kbira li teżisti dwar iż-żieda fil-vjolenza, imġiba anti-soċjali, bullying u forom oħra ta’ diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba fl-iskejjel u postijiet oħra edukattivi.

18


Fil-letteratura tar-riċerka dawn jissemmew SEBDs li tfisser ‘Social, Emotional and Behavioural Difficulties’ u din l-espressjoni hija bħal umbrella li taħtha jinġabru bosta kundizzjonjiet differenti, li kull waħda minnhom għandha l-isem tekniku tagħha. Bosta studji minn pajjiżi differenti u oħrajn li jqabblu diversi pajjiżi ma’ xulxin, juruna li l-frekwenza ta’ dawn il-kundizzjonijiet qiegħda dejjem tikber (Cefai & Cooper, 2013). Fir-Renju Unit biss jikkalkulaw li bejn 10% u 20% tat-tfal li għadhom fl-età obbligatorja tal-iskola għandhom xi diffikultà li taqa’ fil-kategorija talSEBDs (Young Minds, 1999). Li huwa wkoll inkwetanti sew hu l-fatt li żieda qawwija ġiet reġistrata kemm fi studenti kbar kif ukoll f’dawk li jattendu skejjel primarji. Fl-Amerka ċ-ċifri huma simili ħafna (Walker et al, 1995). Il-letteratura internazzjonali turina wkoll li teżisti relazzjoni b’saħħitha bejn l-SEBDs fl-iskejjel u l-preżenza tagħhom fil-kuntesti usa’ li fihom jgħixu t-tfal u ż-żgħażagħ, jiġifieri fil-komunitajiet u s-soċjetajiet li huma parti minnhom.

- impulsività kbira u persistenti, - diffikultà biex il-persuna tirregola l-movimenti fiżiċi tagħha, - aggressjoni fiżika u/jew verbali lejn persuni oħra, - imġiba vjolenti u distruttiva, - nuqqas ta’ koperazzjoni u konfrontazzjoni persistenti, - biża’ enormi u irrazzjonali, - iżolament soċjali u introverżjoni qawwija, - stima baxxa fil-persuna tagħha nnifisha u sens qawwi ta’ falliment. Fl-iskola jew f’postijiet oħra (dar, mużew, nursery, klabb, eċċ) dawn l-imġibiet jistgħu jimmanifestaw ruħhom bħala: - attitudni ta’ sfida b’mod kontinwu lejn l-istaff, - ksur kontinwu tar-regoli, - bullying fuq l-oħrajn (fiżiku, verbali, emozzjonali, sesswali), - imġiba ħażina li ddejjaq u ttellef waqt il-lezzjonjiet, - iżolament soċjali b’mod regolari u ħarba minn kull kumpanija ta’ persuni oħra, - rifjut minn parteċipazzjoni f’attivitajiet marbutin mattagħlim, - riżultati akkademiċi baxxi ħafna, - nuqqas ta’ turija ta’ affettività jew ta’ turija esterna għall-bżonn tal-affettività, - ħarba mid-dmirijiet ta’ kuljum u anki ħarba mill-iskola.

SEBDs: Natura u Sintomi fl-Imġiba L-SEBDs jirreferu għal dawk it-tfal u l-adolexxenti kollha li juru mġiba li mhijiex ‘normali’ u ‘devjanti’ u li taffettwa negattivament l-imġiba soċjali u akkademika tagħhom infushom u ta’ persuni oħra li jmissu magħhom. Diġà għidna li t-terminu SEBD huwa ‘umbrella term’ li jiġbor fih varjazzjoni kbira ta’ mġibiet devjanti: minn imġibiet bħallaggressjoni, imġiba nonkonformista, bullying u vandaliżmu għal imġibiet bħall-iżolament soċjali, ansjetà, dipressjoni, passività, apatija u indifferenza kbira lejn kollox, diżordnijiet tal-ikel, abbuż minn sustanzi li jagħmlu ħsara u wkoll meta persuna tweġġa’ lilha nnifisha. L-ewwel grupp ta’ mġibiet/ sintomi nsejħulhom ‘acting out behaviours’, filwaqt li l-oħrajn nirreferu għalihom bħala ‘acting in’ behaviours’. L-imġibiet tal-ewwel grupp (‘acting out’) ġeneralment jirċievu ħafna aktar attenzjoni mill-ġenituri, għalliema u edukaturi oħra minħabba li jaffettwaw negattivament persuni oħra (Cefai, 2006). Min-naħa l-oħra, l-imġibiet li jappartjenu għad-dinja tal-individwu ġeneralment jinżammu moħbija intenzjonalment.

Tajjeb li wieħed iżomm f’moħħu li karatteristika prinċipali tal-SEBDs hija li dawn l-imġibiet/sintomi ta’ mġiba msemmija qabel ikunu b’saħħithom u persistenti. Tagħrif tajjeb u adekwat dwar dawn iddiffikultajiet jagħtina l-kapaċità bħala edukaturi li niddistingwuhom minn imġiba ‘imqarba’ normali li wkoll tista’ tkun kostanti għal perjodu pjuttost twil ta’ żmien. B’danakollu, kull edukatur għandu jżomm f’moħħu wkoll li jekk ‘problemi żgħar’ ta’ imqarbizza u nuqqas ta’ mġiba tajba b’mod regolari ma jingħatawx l-attenzjoni meħtieġa, dawn jistgħu jeskalaw għal diffikultajiet akbar u jsiru anki SEBDs (Cefai & Cooper, 2013). Dawn l-istess awturi u esperti f’dan is-suġġett jelaboraw fuq dan il-punt u jsostnu li “SEBD, therefore, are perhaps best understood as dynamic and changing

L-imġibiet l-aktar komuni li joħorġu f’SEBDs huma: - diffikultajiet biex tinżamm l-attenzjoni,

19


Inklużjoni

phenomena which are often characterized by disturbed and/or disturbing patterns of behaviour in individuals that are often extremely sensitive to social context and other environmental influences.” SEBDs: Kawżi Possibbli Huwa importanti li nippruvaw nifhmu ftit l-aktar fatturi li jistgħu jkunu determinanti biex jinħolqu u jiżviluppaw diffikultajiet bħal dawn. Żewġ perspettivi/mudelli/teoriji li jistgħu jgħinuna nifhmu aħjar id-dinamika tal- SEBDs huma s-‘Social Learning Model’ ta’ Gerald Patterson, John Reid u Thomas Dishion, u l-‘Attachment Theory’ ta’ John Bowlby. L-ewwel waħda sabet rispett kbir fir-riċerka tal-psikoloġija tal-edukazzjoni li b’mod kostanti wriet matul is-snin li l-iskejjel u istituzzjonijiet oħra edukattivi jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-‘identità devjanti’ permezz ta’ proċessi ta’ ‘labelling’, jiġiferi meta l-istudenti jiġu ttimbrati kontinwament (Hargreaves et al, 1975). L-identità devjanti tista’ tifforma wkoll meta l-istituzzjonijiet edukattivi ma jirnexxilhomx joħolqu fit-tfal attitudni pożittiva u involviment attiv u ta’ pjaċir għat-tagħlim akkademiku u għal bini ta’ relazzjonijiet soċjali sani. U anki meta jfallu milli jgħinu studenti vulnerabbli jibnu emozzjonijiet pożittivi dwarhom infushom u konvinzjoni fil-kapaċitajiet tagħhom, ikunu qed jirrinforzaw identità devjanti (Schostak, 1982; Cooper 1993; Cooper et al, 2000). It-teorija ta’ Bowlby, li wkoll sabet sapport qawwi fost bosta ċrieki akkademiċi u ġiet imħaddna minn diversi riċerkaturi u psikologi li ssoktaw isaħħuha u jelaborawha bir-riċerka tagħhom, għandha l-għeruq tagħha fit-tradizzjoni psikodinamika li oriġinat minn Sigmund Freud. Skont dan il-mudell, l-emozzjonijiet li persuna tħoss lejn id-dinja ta’ madwarha u l-mod kif tirrelata magħha huma influwenzati, u anki sa ċertu punt determinati, mill-ewwel esperjenzi li kellhom ma’ dawk li kienu responsabbli għalihom (primary carers) fil-perjodu tas-soċjalizzazzjoni primarja. Ħafna drabi dawn ikunu l-ġenituri jew membri oħra tal-familja. Meta konna għadna tfal żgħar ħafna u saħansitra

trabi konna kompletament dipendenti minn dawn in-nies. Imbagħad, ftit ftit fl-iżvilupp tagħna bdejna nakkwistaw sens ta’ awtonomija u indipendenza. Imma din it-tranżizzjoni mill-aktar importanti teħtieġ ħafna sigurtà emozzjonali, imħabba u stabbiltà millġenituri jew persuni oħra, biex isseħħ kif suppost. Jekk dawn l-emozzjonijiet ma nsibuhomx u ma jinħolqux fina, ikollna insigurtà emozzjonali kbira li mbagħad taffettwa negattivament il-mod kif nirrelataw maddinja u l-persuni ta’ madwarna. Tfal li jgħaddu minn din l-esperjenza negattiva jistgħu jirreaġixxu skont dawn ittliet modi: jistgħu jiżviluppaw ansjetà kbira u biża’ mhux normali, sens ta’ iżolament u passività soċjali u jkunu timidi ħafna quddiem l-isfidi li jiltaqgħu magħhom (‘acting in’ behaviours), jew turija esterna ta’ rabja, frustrazzjoni u aggressjoni (‘acting out’ behaviours), jew inkella jirnexxilhom jaħbu r-rabja ripressa tagħhom billi jiffurmaw relazzjonijiet superfiċjali (‘shallow attachments’) li jesponuhom għal ċans kbir li jkunu sfruttati jew abbużati (Cefai, 2006). Huwa interessanti wkoll wieħed jinnota li Patterson et al (1982) li semmejna qabel, fi studju fuq adulti b’imġiba anti-soċjali, sabu li karatteristika komuni bejn issuġġetti kollha tar-riċerka tagħhom kienet esperjenza ta’ deprivazzjoni soċjali u dixxiplina koersiva mill-ġenituri meta kienu żgħar. Din l-esperjenza ħafna drabi kienet segwita mill-fatt li l-għalliema ma rnexxilhomx isibu u japplikaw strateġiji pożittivi ta’ mġiba mat-tfal, dawk li nsejħulhom positive ‘behaviour management strategies’ (Cefai & Cooper, 2006). Fil-fatt riċerka kontinwa f’dan ir-rigward baqgħet turi konsistentement li meta tfal, sa minn età żgħira, iħossuhom imwarrba (‘social rejection’) mill-għalliema u minn tfal oħra tamparhom (‘peers’), dan iwassalhom bosta drabi biex ifittxu l-kumpanija ta’ tfal u żgħażagħ oħra bħalhom li jkunu jappartjenu għallgruppi devjanti b’imġibiet anti-soċjali. Lehman, Hawkins & Catalan (1994) identifikaw numru ta’ fatturi li jistgħu jwasslu għal imġiba mhux tajba u xierqa mit-tfal sa minn età żgħira. Jaqsmuhom fi tnejn: ‘in school factors’ u ‘out of school factors’. Huma jsostnu li jekk l-edukaturi kollha jagħtu ħafna kas dawn il-fatturi,

20


Diżordnijiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba

jaslu biex jeħilsu ħafna tfal minn problemi akbar aktar ’il quddiem f’ħajjithom. Problemi ta’ mġiba jistgħu jkunu kkawżati minħabba: In School Factors - nuqqas ta’ ventilazzjoni tajba, - problemi fiżiċi minħabba spazju limitat, - għeja u nuqqas ta’ enerġija minħabba nuqqas ta’ mistrieħ u rqad adekwat, - nuqqas ta’ ikel sustanzjuż, - nuqqas ta’ ħiliet soċjali, - ħtieġa ta’ attenzjoni mill-ġenituri u edukaturi fl-iskola, - nuqqas ta’ kapaċità min-naħa tal-għalliema biex joffru tagħlim b’mod attraenti u adattat għall-bżonnijiet partikulari tal-individwi fil-klassi, - li l-edukaturi ma jkollhomx relazzjoni personali mattfal u l-adolexxenti, - li l-edukaturi ikunu għajjenin u/jew taħt stress, - li t-tfal ma jingħatawx direzzjoni ċara mill-edukaturi dwar kif għandhom iġibu ruħhom u aspettattivi ċari mhux biss dwar imġiba soċjali imma wkoll dwar għanijiet akkademiċi u kif jistgħu jintlaħqu. Out of School Factors - ir-relazzjoni tat-tfal mal-ġenituri u l-qraba tagħhom, - episodji trawmatiċi li t-tfal jistgħu jgħaddu minnhom bħad-divorzju, separazzjoni, xi forma ta’ abbuż, xi bidla kbira fil-familja jew saħansitra l- mewt ta’ xi ħadd viċin tagħhom,

- - - - - -

mard mentali fl-istorja tal-familja, problemi soċjali, bullying, nuqqas ta’ popolarità ma’ sħabhom, problemi personali ta’ saħħa, fatturi oħra bijoloġiċi li jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba (eż. allerġiji).

Bosta riċerki li seħħew fuq medda twila ta’ snin juru li l-problemi emozzjonali u dawk ta’ mġiba żdiedu b’70% f’numru ta’ pajjiżi differenti (Hagell, 2004). Barra minn hekk, Moss (2010) jgħid li fis-soċjetajiet moderni li qed ngħixu fihom għandna ħafna aktar ‘adulteration of Childhood”, ‘infantilisation of Adults’ u ‘an overprogramming of family life’. Dawn wasslu biex numru kbir ta’ tfal, adolexxenti u żgħażagħ ma jafux kif jimmaniġġjaw u jkunu responsabbli ta’ mġibithom. Ir-riċerka turi wkoll li t-tfal u l-adolexxenti huma influwenzati ħafna mill-ambjent tad-dar u l-komunità (70%), u mill-iskola u istituzzjonijiet oħra edukattivi (30%) (West-Burnham, 2008). U statistika bħal din turina aktar kemm kull edukatur (ġenitur, għalliema u LSAs, katekisti, eċċ) għandu r-responsabbiltà li jkun infurmat tajjeb dwar l-SEBDs biex b’hekk jagħmel il-parti tiegħu, u bil-koperazzjoni ta’ kulħadd jinħoloq ambjent sħiħ li jnaqqas dawn il-problemi u jipprovdi l-opportunità lil kull persuna biex tikber u timmatura b’mod sħiħ u tilħaq il-milja tal-potenzjal tagħha. Kif dan jista’ jitwettaq fil-prattika narawh fil-ħarġa li jmiss.

21


Trekking

Michael Debono

Mill-Kampanja

GĦawDXIJA

Mill-Wied ta’ Grejgel għat-Trunċiera tal-Qala Int u taqra dan l-artiklu malajr jgħaddilek il-ħsieb li mawra sal-baħar tgħodd aktar minn mixja fil-kampanja f’dawn il-ġimgħat sajfin. Imma dawk li huma dilettanti tal-mixi jippjanaw il-ħin addattat biex f’dawn il-jiem ta’ sħana wkoll ma jitilfux xi mixja sabiħa fil-pajsaġġ Għawdxi. Jagħżlu s-sigħat bikrin ta’ filgħodu fi tlugħ ix-xemx jew inkella meta l-jum ikun qiegħed joqroblu tmiemu.

Inżul ix-xemx joħloq dehra tassew talgħaġeb u mixja fis-sigħat aħħarija taljum togħġob lil kulħadd. Naturalment kull mixja li tkellimna dwarha minn dawn il-paġni tista’ ssir f’kwalunkwe perjodu ta’ matul is-sena. U allura din il-mixja li ser insemmu llum tista’ faċilment, u forsi tkun isbaħ, issir fix-xhur xitwin.

22

Il-Wied ta’ Grejgel Il-mixja tal-lum ser teħodna lejn in-naħa tal-Grigal u tal-Lvant t’Għawdex. It-tluq tagħna ser ikun mill-inħawi Ta’ Ċini firraħal tal-Qala, il-limiti li jmiss mar-raħal tan-Nadur. Minn hemm nibdew neżlin fil-Wied ta’ Grejgel, wied fin-Nadur kollu raba’ saqwi maħdum minn bdiewa beżlin li jaħdmu s-sena kollha u jkabbru ħafna għelejjel, speċjalment il-frott. Minn dan il-wied nitilgħu għat-triq ta’ Daħlet Qorrot u nibqgħu mexjin sakemm nibdew in-niżla lejn din il-bajja sabiħa, l-aktar magħrufa min-nies lokali tan-Nadur.


Il-Bajja ta’ Daħlet Qorrot Dari din il-bajja kienet marbuta ħafna massajjieda u fil-fatt għadha sal-lum isservi wkoll ta’ port għal diversi dgħajjes ta’ ftit sajjieda li għadhom joħorġu għas-sajd fixxhur sajfin. Hija magħrufa wkoll għall-alka li l-mewġ tal-baħar idaħħal fuq ix-xtajta, speċjalment fix-xhur xitwin. Imbagħad nistgħu nitilgħu t-taraġ li jagħti fuq l-għerien ta’ Daħlet Qorrot. Minn hawn fuq nistgħu nosservaw aħjar, fuq ix-xellug ta’ Daħlet Qorrot, bajja ċkejkna oħra, dik ta’ San Filep. Fuq ix-xaqliba xellugija ta’ Daħlet Qorrot, minn fuq issies, hemm jiddomina t-Torri ta’ Sopu. Dan it-torri huwa magħruf ukoll bħala t-Torri ta’ San Blas. Inbena fl-1667 mill-Gran Mastru Nikola Cottoner għad-difiża tax-xtut ta’ dawn l-inħawi. Ta’ min ikun jaf li l-kanuni ta’ dan it-torri kienu fetħu n-nar fuq ilflotta Franċiża f’Ġunju tal-1798.

Lejn it-Trunċiera tal-Qala Minn fuq l-għerien ta’ Daħlet Qorrot naqbdu t-trejqa fuq Tal-Ixfar mal-kosta tal-Grigal t’Għawdex taħt in-naħa magħrufa Tal-Ħażina, u mbagħad inkomplu mexjin taħt il-widien Ta’ Simar u Ta’ Muxi sakemm naslu sa Ras il-Qala fil-Lvant tal-kosta Għawdxija. U hemm ser tkun id-destinazzjoni tagħna. Inkunu wasalna sat-Trunċiera tal-Qala. Il-Batterija ta’ Sant’Antnin Dik li fuq fomm l-Għawdxin hija magħrufa bħala t-Trunċiera tal-Qala, l-isem proprja tagħha huwa l-Batterija ta’ Sant’Antnin. Mibnija fi żmien il-Gran Mastru Anton Manoel de Vilhena fl1732, fuq disinn tal-Kavallier tal-Ordni Charles Francois de Mondion li kien inġinier Franċiż. Madwar din il-batterija hemm imħaffer foss biex jimtela bl-ilma u hekk kien jagħmilha aktar

23

diffiċli għall-għedewwa biex jidħlu fiha. Il-batterija għandha ħdax-il tieqa fejn kienu jitpoġġew il-kanuni għad-difiża tal-kosta. Minn din it-trunċiera wieħed jista’ jara l-gżejra ta’ Kemmuna, l-aktar il-bajjiet tagħha ta’ Santa Marija u San Nikola. Din il-batterija flimkien mat-Torri ta’ Kemmuna setgħu jiddefendu tajjeb il-fliegu ta’ Għawdex. U hekk b’din il-mixja, tkompli tiskopri kemm Għawdex huwa mogħni b’wirt naturali u kulturali. Forsi qajl qajl jibda jkebbes fik apprezzament ikbar lejh.

Nirringrazzjaw lil Adrian Saliba għar-ritratti


Il-Media fil-Katekeżi

Alan Bonello

The Lion KING Ħbiberija, tradiment, responsabbiltà, kumplotti, azzjoni, għira, konverżjoni u r-rebħa tattajjeb fuq il-ħażen. Il-film The Lion King (Disney, 1994) huwa storja mill-isbaħ dwar iljun żgħir u l-vjaġġ tiegħu biex jiskopri lilu nnifsu. Bħal ħafna mill-films animati li joħorġu d-Disney, wara x-xeni spettakolari, l-umoriżmu u l-avventura jkun hemm messaġġ profond u nobbli. Fil-każ tal-film The Lion King għandna wkoll xi ħaġa aktar. L-istorja taċ-ċkejken Simba tfakkarna fi ġrajja ferm aktar antika li lkoll nafuha sew – dik ta’ Mosè, il-mexxej kbir tal-poplu Lhudi li fil-bidu kien jibża’ li ma kienx kapaċi u pprova jaħrab is-sejħa ta’ Alla. Ħafna huma d-dettalji li jixxiebhu u meta wieħed jikkunsidrahom faċli jasal għal konklużjoni li l-istorja biblika ispirat xi ftit dan il-film. Ovvjament ir-referenzi għas-silta biblika huma mistura. M’aħniex se naraw t-tarbija meħlusa mill-għarqa jew inkella l-għaxar kastigi. Anqas se nisimgħu lil Alla jitkellem fis-siġra taqbad mingħajr ma tinħaraq. Fid-

dinja ta’ The Lion King, id-divinità tal-annimali tas-Savannah hija ċ-Ċirku tal-Ħajja, dik il-qawwa fin-natura li ma jifhmuhiex u li kultant iġġib tbatija u mewt għad li qatt ma tieqaf iġġib ħajja ġdida. Din tfakkarna fittwemmin primittiv tal-bniedem meta ħajtu kienet għadha tiddependi millqawwa tan-natura. L-istorja ta’ The Lion King tiftaħ b’ċelebrazzjoni spettakolari li fiha l-annimali kollha tas-Savannah jinġabru għall-preżentazzjoni tal-iben il-ġdid ta’ Mufasa s-sultan. Hawn niltaqgħu ma’ karattru interessanti ferm, il-babun Rafiki li qisu profeta jew inkella qassis. Dan jaqbad liżżgħir ta’ Mufasa u wara li jidliklu rasu b’sugu ta’ frotta li kellu, joħroġ barra u jippreżentah lill-annimali l-oħra bħala l-prinċep ta’ Pride Rock

24

– Simba. Hawn l-annimali kollha jmilu quddiem is-sultan futur tagħhom. Imma mhux kulħadd kuntent bit-twelid ta’ Simba. Ix-xena li jmiss tlaqqagħna ma’ ħu s-sultan, Scar. Dan ikun jgħir għal ħuh u wisq iktar għal Simba li naqqaslu ħafna aktar iċ-ċans li jsir sultan flok ħuh. Madankollu dan ma jaqtagħlux qalbu u f’moħħu jkompli jberren skemi u kumplotti biex jeħles minnhom u jieħu f’idejh Pride Rock. Għalkemm l-ewwel pjan ifalli, imma Scar minnufih jinseġ pjan ġdid li jħalli lil Simba fil-periklu li jitlef ħajtu. Hekk kif missieru jsir jaf jitlaq jiġri biex isalvah u għalkemm jirnexxilu jsalva liċ-ċkejken Simba, dan jiksbu bi prezz għoli ħafna, ħajtu stess. Hawn Scar idur fuq Simba u jgħidlu li l-annimali l-oħra se jwaħħlu fih għall-mewt tas-sultan. Simba jibża’ u jaħrab lejn id-deżert.


Hawn l-istorja tkompli ssegwi lil Simba li wara vjaġġ twil fid-deżert, l-eżilju tiegħu jieħdu f’Oasi fejn jiltaqa’ ma’ Timon u Pumbaa. Dawn it-tnejn jgħixu ħajja mimlija paċi – nieqsa minn kull inkwiet u responsabbiltà – Hakuna Matata. Bil-għajnuna tagħhom Simba jsib ħbieb li jħobbuh u dar ġdida fil-paċi – għalkemm fil-fond ta’ qalbu ma setax igawdi dan kollu għall-aħħar. Fil-fond ta’ qalbu kien jaf li kellu sejħa ferm akbar, imma kien jonqsu l-qawwa biex jilqa’ dik is-sejħa. Dan kollu jinbidel meta jerġa’ jiltaqa’ ma’ ħabiba antika tiegħu, Nala, li tgħidlu kemm Pride Rock marret lura taħt Scar. Hi tipprova tikkonvinċih biex imur lura magħha imma Simba ma jħossx fih il-qawwa li jkun sultan u jinqata’ għalih waħdu. Imma ma tantx idum waħdu għax

jidħol fix-xena l-babun Rafiki. Simba ma jagħrfux għax l-aħħar li rahSimba kien għadu tarbija imma Rafiki kien jaf min kien Simba u, grazzi għal metodi strambi tiegħu, Simba jitlaq jiġri warajh sakemm jiġu f’post kwiet fejn Simba jisma’ lil missieru jkellmu mis-sema. Hawn ifakkru fis-sejħa tiegħu u r-responsabbiltà li din issejħa ġġib magħha. Hekk kif id-dehra għebet Simba kien sab dak li ħafna snin qabel kien tilef – il-qawwa li jimxi ’l quddiem u minnufih jitlaq lejn Pride Rock biex itemm il-ħakma qerrieda ta’ zijuh Scar. Dan il-film, barra li joffri opportunità biex tiddiskuti temi bħar-responsabbiltà u s-sagrifiċċji li nagħmlu f’ħajjitna għall-oħrajn,

jagħtina wkoll l-opportunità li nagħtu ħarsa differenti lejn l-istorja ta’ Mosè. Bħal Simba, Mosè kien imtella’ filfamilja rjali bħala prinċep. It-tnejn ħarbu minn arthom wara żball li għamlu li wassal għal mewt ta’ xi ħadd (għalkemm fil-każ ta’ Simba dan ma kienx minnu) u t-tnejn sabu kenn u ħajja ġdida lil hinn mid-deżert. Kemm Simba kif ukoll Mosè tonqoshom dik il-qawwa interjuri u ma jkunux jemmnu fihom infushom. Bħalma fil-ġrajja ta’ Simba naraw xena spettakolari fis-sema li fiha Simba jisma’ lil missieru, Mosè jirċievi s-sejħa tiegħu f’siġra taqbad. Fuq kollox, wara d-dehra ‘spettakolari’ it-tnejn iwieġbu għas-sejħa li rċevew u jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jirbħu lilhom infushom u jiġġieldu l-ħażen ta’ madwarhom.

temi li nistgħu niddiskutu: Responsabbiltà (00:08:30) Fl-ewwel parti tal-film insibu lil Mufasa jispjega lil ibnu xi tfisser tkun sultan, mhux li tkun tista’ tagħmel li trid għax ħadd ma jista’ għalik imma li tieħu ħsieb li kollox jimxi sew, li tkun responsabbli.

Sagrifiċċju (00:29:44) Bla dubju ta’ xejn l-akbar sagrifiċċju li nsibu huwa dak ta’ Mufasa li jissagrifika lilu nnifsu sabiex isalva lil ibnu. Sagrifiċċju ieħor huwa dak ta’ Timon u Pumbaa li għalkemm ħajjithom kollha kien jaħarbu

25

l-inkwiet imma għal seħibhom Simba kienu lesti li jidħlu fl-inkwiet. Sejħa (01:01:00) Simba jidher li ma jkunx jista’ jgawdi l-paċi bħal Timon u Pumbaa għax ikun jaf li kien imsejjaħ għal xi ħaġa oħra.


Rakkonti

Joseph Bonnici

Wasal Mostru!

Ir-raħal ta’ Ilma Ħelu kien l-iktar post kwiet u fis-sliem tal-inħawi tiegħu. Kien raħal ‘bi tbissima lesta għal kulħadd’. Kollox mexa ħarir sakemm, lejl wieħed, fit-toroq tar-raħal instemgħu passi tqal flimkien ma’ nifsijiet qawwija u li jbeżżgħu. Xi qalbiena ssugraw jittawlu minn taħt ilpersjani. L-ilħna bdew itaqtqu minn wara t-twieqi. ‘Dan barrani.’ ‘Dan ġgant.’ ‘Kemm hu ikrah!’ ‘Jidher feroċi...’ ‘Dak mostru. Se jiekol lil uliedna.’

Il-barrani kien miexi mgħawweġ taħt it-toqol ta’ xkora kbira. Kellu għajnejh jagħtu fl-isfar, id-daqna maħmuġa u mqanfda u difrejh twal u mgħawġin. Kull tant ħin kien jieqaf u jissoffja mnifsejh: donnu kellu xi riħ qawwi. Għalhekk kellu dawk in-nifsijiet tal-biża’ u xrieraq li jidwu mat-triq. Fit-tarf tar-raħal, qabel ma tibda l-foresta, kien hemm għar kbir u mudlam. Il-barrani, la ma sab xejn aħjar, daħal u qagħad fih. Fil-ħanut tax-xorb inġemgħu ħafna min-nies tar-raħal kmieni mas-sebħ. Kien hemm anke nanniet, ommijiet u tfal. ‘Jien rajtu mill-qrib ħafna: talbiża’!’ ‘Għajnejh ikexkxuk!’ ‘Imnifsejh itajru x-xrar!’ ‘Smajt l-għajta tiegħu: għadni s’issa nħoss ir-rogħda f’ġismi,’ qalet Mariroż, l-isbaħ tfajla tar-raħal. Il-ġuvintur ħadu nifs ’il ġewwa. ‘Dak ix-xitan!’ għajtet waħda xwejħa. ‘U x-xitan hu! Dak mostru li jiekol in-nies ... imsieken aħna!’ qabżet xwejħa oħra. ‘Mela m’għandekx għalfejn tibża’ nann,’ iddeffes il-buffu tar-raħal, ‘Inti xierfa

wisq!’ ‘Jien rajtu mill-qrib ħafna,’ qal Xmun, tfajjel ta’ ħdax-il sena. ‘Jien ukoll kont miegħu,’ qalet oħtu Liljana. ‘Qed taraw, anke t-tfal rawh,’ għajjat Bastjan, is-sindku. ‘Għiduli tfal, kif kien dak il-mostru? Kien ibeżża’ n-nies, hux tassew?’

‘Le,’ qallu Xmun. ‘Ma kienx tal-biża’,’ żiedet Liljana, ‘Kien biss differenti minna.’ Ilkoll telqu lejn djarhom, imbeżżgħin li ma jmorrux fit-triq jiġu wiċċ imb wiċċ mal-barrani. Huma u mexjin kienu jitfgħu ħarsa ħafifa lejn il-bosk, li ma jmurx jarawh fil-bokka tal-għar mudlam. U dak il-ħin, jidwi filkobor tal-għar, instema’ l-għatis waħxi tiegħu. ‘ Isimgħuh! Ajjut!’ għajtu lkoll u ħarbu jissakkru fi djarhom. ‘Tibżgħu xejn, hawnhekk ninsabu fiż-żgur.’ Il-ġenituri għalqu l-bibien sewwa u qiegħdu staneg kbar wara kull apertura. ‘Jekk ifettillu jersaq ‘l hawn, ikollu jeħodha magħna!’ Fil-jiem ta’ wara, il-ħajja reġgħet lura għan-normal. Il-ġenituri kulħadd fuq xogħlu, it-tfal lura fl-iskola u Mariroż tiżżejjen quddiem il-mera. Il-ġuvintur kienu jħarsu lejha hi u għaddejja fit-triq. Tista’ tgħid kulħadd kien nesa l-barrani li, biex ngħidu s-sewwa, ma kien qed idejjaq lil ħadd. Kultant kien jinstema’ xi ħoss qawwi ġej mill-għar, u n-nies kienu jgħidu, ‘Isimgħu x’jagħtas! Naħseb reġa’ dabbar xi riħ!’

26

Addattati għall-Malti minn Nuove storie per la scuola e la catechesi,  ta’ Bruno Ferrero

Jum minnhom, trakk kbir mgħobbi bilbriks għadda minn fuq ħofra mdaqqsa u waqgħulu żewġ briksiet. Tumas, tifel li kien għaddej mill-qrib, waqaf u ġabar briksa minnhom. Sieħbu Samwel rah hemm f’nofs it-triq u qallu: “‘Tumas, x’se tagħmel b’dik il-briksa?’ ‘Għandi aptit immur inwaddabha lil dak ilmostru li joqgħod fl-għar mudlam. M’għandniex bżonnu iktar f’dan irraħal!’ Samwel daħak u qallu,‘ Imħatra li m’għandekx ħila tagħmilha!’Imma Tumas ippoppa sidru u telaq iħaffef lejn l-għar, bil-briksa f’idu. Samwel qabad il-briksa l-oħra minn mal-art u ġera warajh. ‘Stennieni, ħa niġi miegħek. Tassew li m’għandniex bżonn mostri bħalu hawnhekk!’ Tumas dar lura u qallu, ‘Kollox sew, imma l-idea tiegħi kienet u jien se nwaddablu l-ewwel briksa!’ Bidwi li kien mistrieħ fuq il-ħajt tas-sejjieħ tal-għalqa tiegħu rahom għaddejjin flimkien. ‘Fejn sejrin?’ qalilhom. ‘Se mmorru nwaddbu dawn il-briks għal ras dak il-mostru li joqgħod hemm fuq, fl-għar mudlam.’ ‘Ma naħsibx li għandkom il-ħila,’ qalilhom il-bidwi. ‘ U kif se jirnexxilkom toħorġuh minn hemm ġew? Qatt ma tarah barra mill-għar!’ ‘Ngħajjatlu: Oħroġ barra ja mostru!’ wieġeb Tumas kollu arja. ‘Stennew ftit!’ qalilhom il-bidwi, ‘Għandi briksa li nużaha biex inżomm il-bieb miftuħ. Ħa mmur inġibha u niġi magħkom. M’għandniex bżonn mostri hawn!’ U t-tlieta komplew mexjin lejn l-għar, bil-briksiet f’idejhom. Għaddew minn


quddiem il-ġnejna tas-sinjura Tonina. ‘Fejn sejrin?’ staqsiethom Tonina. Malli semgħet mingħand Tumas x’kellhom f’moħħhom, is-sinjura Tonina qaltilhom, ‘M’għandkomx ħila! Jgħidu li huwa talbiża’ u kollu xagħar. U, wara kollox, qatt ma ta fastidju lil ħadd!’ ‘Ma jimpurtax,’ qalulha ż-żewġ subien, ‘m’għandniex bżonn mostri f’dan ir-raħal!’ ‘Issa tara kif jaħrab bħal fenek u nsiru l-eroj tal-pajjiż,’ qalilha l-bidwi. ‘Niġi magħkom,’ weġbitu s-sinjura Tonina. ‘U ngħid lis-seba’ uliedi jiġu miegħi ħalli nsiru lkoll eroj. Xi ftit briksiet oħra nsibu żgur!’ Meta uliedha waslu, wieħed minnhom staqsa lis-sinjura Tonina, ‘Imma ħadd ma jrid joqgħod f’dak l-għar. Għalfejn ma nħalluhx joqgħod hemm bi kwietu?’ Imma l-omm weġbitu, ‘Għax mostru. M’għandniex bżonnu. Aqbad briksa u ejja!’ U ftit ftit ifforma serbut twil ta’ nies bil-briks f’idejhom, kollha skont kemm kienu jifilħu. Anke s-surmast tal-iskola tħajjar u ġab it-tfal armati miegħu lejn il-għar. Is-sindku sejjaħ lil kull ċittadin biex jiġbor briksa u jingħaqad magħhom. ‘Inġiegħluh jitlaq lejn ir-raħal l-ieħor,’ għajtet Tonina. ‘Żammejnieh biżżejjed! Ħa jieħdu paċenzja bih huma, issa!’ U komplew mexjin lejn l-għar. Dakinhar, il-barrani kien iddeċieda li jibqa’ jitnikker ftit iktar fis-sodda ħalli jaqra l-ktieb favorit tiegħu. Malli qam, qela bajda friska, kielha mal-ħobż u l-bejken u xorob tazza meraq tal-larinġ. Fil-pront, sema’ l-ilħna resqin lejn l-għar u qal bejnu u bejn ruħu, ‘Fl-aħħar, ġej iżurni xi ħadd! Ilni wisq waħdi issa!’ Qam minn fejn kien, libes qmis nadifa u ingravata pulita, ħasel wiċċu sewwa

u naddaf wara widnejh, u ħasel ħasla snienu kif kien ilu ma jagħmel. Irranġa ftit id-daqna u resaq lejn ilbokka tal-għar bi tbissima fuq wiċċu. In-nies tar-raħal, malli rawh, baqgħu miblugħa. Kienu qishom statwetti! Il-barrani tbissem mill-ġdid u stedinhom, ‘Għaddu, għaddu. Għadni kif għamilt ftit kafè.’ Snienu kienu jleqqu u sbieħ, imma xi wħud kienu wisq ippuntati. ‘Għaddu ġewwa. Kemm jien kuntent li qed narakom!’ Imma ħadd ma fehem il-lingwa tiegħu. Semgħu biss ħsejjes li jkexkxu u twerwru. Telqu l-briks kollu minn idejhom u ħarbu mwerwrin. Fil-konfużjoni, Liljana waqgħet fuq briksa u weġġgħet sieqha. Ħadd ma nduna biha u ħallewha warajhom. Il-barrani sab ruħu quddiem munzell briks mitluqa fuq xulxin u tifla mbikkija b’sieqha mweġġgħa. Daħal malajr fl-għar u ġab miegħu kaxxa ċkejkna b’xi faxex u flixkun bl-ilma frisk. Naddaf il-ġerħa bl-ilma u nfaxxa l-għaksa ta’ Liljana biex setgħet timxi sewwa. Sadattant, in-nies kienu waslu fir-raħal b’nifishom maqtugħ. Malli ndunaw li Liljana ma kinitx magħhom bdew jgħajtu kemm jifilħu. ‘Jikolha żgur!’ ‘Ejja mmorru neħilsuha!’ Reġgħu qabdu t-triq lejn l-għar, moħħhom mimli vendetta u ħsibijiet ta’ kefrija. Imma malli waslu, sabu xena li ħalliethom bla kliem. Il-barrani kien qed jgħin lil Liljana u t-tnejn kienu qed jidħqu. ‘Ara! Mela ġejtu mill-ġdid?’ qalilhom

27

il-barrani, ‘ Ma lħaqtx irringrazzjajtkom tar-rigal li tajtuni. L-għar umdu wisq u qed inkun marid ta’ spiss. Bil-briks li għoġobkom iġġibu nista’ nibni dwejra ċkejkna għalija. Grazzi tassew tal-qalb tajba tagħkom!’ U lkoll, kbar u żgħar, għenuh jibni dwejra ċkejkna fejn seta’ jibqa’ jgħix fir-raħal tagħhom. L-esperjenza moħbija Donnu jagħtina pjaċir li nkunu magħqudin kontra għadu komuni, speċi ta’ solidarjetà fil-mibegħda! Rari tara raħal sħiħ lest biex iħaġġar mostru. Il-problema hi li dak li għalina jkun mostru, ma jkun qed jagħmel xejn ħażin, ħlief li jeżisti u forsi xi ħoss iktar minn tas-soltu! Il-ħtija tiegħu hi li huwa differenti. Dan biżżejjed biex nagħmluh it-terrur ta’ kulħadd. L-istorja tagħna spiċċat tajjeb, għax issempliċità, il-ħlewwa u t-tjubija kultant jafu jħollu l-qlub iebsa. Kultant. Għax mhux dejjem tispiċċa tajjeb l-istorja ta’ tant barranin, immigranti jew ‘differenti’. Għad-diskussjoni Għalfejn in-nies tar-raħal m’aċċettawx il-barrani? Għamlu sewwa jew le? Jiġru affarijiet bħal dawn fid-dinja tagħna? F’Malta? Meta? X’ried jagħmel Tumas? Għalfejn taħseb li ried jagħmel dan? Iltqajtu ma’ attitudnijiet bħal tiegħu? Għalfejn in-nies marru wara Tumas? X’taħsbu fuq ir-razziżmu? Ġieli smajtu b’xi għemil ta’ razziżmu jew intolleranza?


Din kont tafha?

Kevin Scicluna

Il-MISTOQSIJA

OĦT il-GĦERF Fil-Bibbja hemm xi referenza għall-Papa? Vera li Ġesù kien li għażel l-ewwel wieħed? F’kapitlu sittax ta’ San Mattew, Ġesù jistaqsi lill-appostli tiegħu, “Min jgħidu li hu bin il- Bniedem?” Wara li Ġesù jgħarbel varjetà ta’ tweġibiet, jitfa’ l-istess mistoqsija direttament lill-appostli u jistaqsihom, “Imma intom min tgħidu li jien?” Xmun Pietru huwa dak li jwieġeb mingħajr tlaqliq, “Inti l-Messija Bin Alla l-Ħaj!” Ġesù mbagħad jagħtih l-awtorità aħħarija fil-Knisja billi jwieġbu, “Imbierek int Xmun Bin Ġona, għax mhux bniedem taddemm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet. U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din ilblata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex.” F’dawn il-kelmiet, Ġesù jistabbilixxi lil Pietru bħala l-kap tal-appostli, waqt li jafdalu wkoll l-awtorità unika li jgħallem (KKK552) F’Mattew 16:19, Ġesù jkompli jispeċifika din l-awtorità unika mogħtija lil Pietru billi juża x-xbihat taċ-“ċwievet” u “torbot u tħoll”:”Jiena nagħtik l-imfietaħ

tas-Saltna tas-Smewwiet, u kulma torbot fuq l-art ikun marbut fis-sema u kulma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-sema. Hawnhekk Ġesù jagħti lil Pietru l-qawwa li jaħfer id-dnubiet, li jgħallem f’Ismu u li jwaqqaf liġijiet dixxiplinari għall-Knisja (KKK553). Dan hu l-mument fejn Ġesù tana l-ewwel Papa u ħoloq l-uffiċċju tal-papat li kellu jintiret matul iżżminijiet f’suċċessjoni mingħajr ma taqta’ sal-Papa preżenti. Għalfejn irridu mmutu ? Santu Wistin jgħid: “Ħu ħsieb tal-ġisem tiegħek bħallikieku ser tgħix għal dejjem, u ħu ħsieb ruħek daqslikieku ser tmut għada!” Awtur mhux magħruf jgħid: “Meta mmutu nħallu warajna kulma għandna u nieħdu magħna dak li aħna.” Għalkemm in-natura tagħna hi mortali, il-mewt ma kinitx fil-pjan t’Alla għall-bniedem. Il-mewt daħlet fid-dinja minħabba d-dnub, id-dnub oriġinali tal-ewwel bnedmin. IlPapa Benedittu XVI, meta jitkellem dwar id-dnub oriġinali, jgħidilna li għandna nifhmu ‘ li lkoll kemm aħna nġorru fina qatra minn dak il-velenu tal-mod kif naħsbu li jidher

28

fil-ktieb tal-Ġenesi... .Il-bniedem ma jafdax lil Alla. Ittentat mis-serp, jilqa’ s-suspett ... li Alla huwa kontrina u li jżommna marbutin u li aħna nistgħu nkunu tassew umani meta nwarrbuh... il-bniedem ma jridx jilqa’ l-eżistenza tiegħu u l-milja tal-ħajja mingħand Alla... . Hu u jagħmel dan, jemmen fil-qerq minflok fil-verità u jibqa’ nieżel fil-vojt u fil-mewt’. Imma l-fidi tagħna l-Insara tgħinna biex niffaċċjaw sew il-mewt. Ġesù stess biddel is-sens tal-mewt. Fil-fatt, bit-twelid tiegħu Ġesù wkoll aċċetta b’mod liberu l-mewt bħala parti millkundizzjoni umana. Ġesù wkoll beża’ fil-mewt tiegħu u xtaq li jevitaha. Imma aċċetta l-mewt bħala parti millubbidjenza tiegħu għar-rieda tal-Missier. Ir-riżultat ta’ din l-ubbidjenza kien li Alla qajmu mill-imwiet! Bil-qawmien tiegħu Ġesù rebaħ il-mewt u d-dnub darba għal dejjem. Aħna wkoll, bil-qawmien tiegħu, għad nirbħu l-mewt ukoll! Kull persuna li qatt għexet, dejjem imxiet it-triq li fl-aħħar mill-aħħar waslet sal-qabar. Ħadd ma jista’ jaħrabha! Dun Ġorġ kien iħobb jgħid, “tardare si, scappare no…” Ikollok xi jkollok fil-ħajja: fama, unuri, ġid, poter, flus, suċċessi …xejn minn dawn ma


jista’ jeħilsek mill-mewt. F’Ġesù biss hemm is-salvazzjoni! San Pawl stess jikteb: “Għax bħalma l-bnedmin kollha jmutu f’Adam, hekk ukoll jiksbu l-ħajja fi Kristu…laħħar għadu li jinqered hi l-mewt.”( 1 Kor 15:22,26) Il-fidi u t-tama fi Kristu u li ngħixu f’għaqda ma’ dak li jixtieq Alla minna żgur li jpoġġuna fit-triq it-tajba. Ilmewt issir, fil-kliem ta’ San Bernard ta’ Clairvaux, ‘il-bieb tal-ħajja’. Jirrakkontaw li darba missjunarju kien qed jipprietka lil wieħed kap talIndjani li kien pjuttost xiħ. Kien qed ikellmu dwar Ġesù bħala l-uniku triq għall-ġenna. L-Indjan ammira lil Ġesù bħala t-triq, imma kien jippreferi li jibqa’ jsegwi ‘t-triq Indjana’ bħalma dejjem għamel u ma xtaqx li jibdel.

Xi sena wara, dan il-kap kien qed imut b’marda terminali. Sejjaħ lillmissjunarju u talbu jgħammdu. “Għandi bżonn lil Ġesù issa… għax ‘it-triq Indjana’ tieqaf hawn - ma tista’ teħodni mkien iktar!” Kif jista’ jkun li l-Knisja tgħid li filBibbja ma nsibux żbalji? Dawk li fil-Bibbja jidhru kontradizzjonijet fil-fatt mhumiex, jekk jinftiehmu b’mod korrett. Ilmewt ta’ Ġuda hija eżempju tajjeb ta’ dan il-fatt. Iż-żewġ rakkonti talmewt ta’ Ġuda jinsabu f’Mattew 27:5, fejn l-evanġelista jgħidilna li Ġuda “tgħallaq,” u l-ktieb tal-Atti 1:18, li jiddeskrivi lil Ġuda bħala li “waqa’ għal rasu, inqasam minn nofsu u ħarġulu msarnu kollha.” Huwa ċar li l-ebda rakkont ma jikkontradixxi lill-ieħor: kull

wieħed joffri biss dettalji differenti - perspettiva differenti - tal-istess ċirkustanza. Fil-moħħ taż-żewġ awturi hemm il-ħsieb li jesprimu l-fond taddisperament ta’ Ġuda u dak li kien għaddej minnu u għalhekk li b’xi mod jippruvaw jagħtu kulur lis-sitwazzjoni li ġrat! Id-dettalji jista’ jkun li mhumiex l-istess, imma dak li verament ġara (il-mewt tiegħu) huwa l-istess. Mela huwa possibbli li, meta Ġuda tgħallaq, (kif deskritt f’Mattew) l-ingassa nqasmet u hu waqa’ malart. Minn dan il-punt, id-deskrizzjoni ta’ Luqa fl-Atti tista’ tidher li taqbel kompletament ma’ ta’ Mattew; u ma hemm l-ebda kontradizzjoni. Għal min iħobb il-films, dan hu eżatt dak li jġib dwar Ġuda l-film klassiku tal-1960: King of Kings.


Għal aktar informazzjoni ibagħtulna email fuq gwida@sdcmuseum.org

Fl-aħħar sibt magazin li jogħġobni!

Magazin bil-Malti għaż-żgħażagħ u l-adolexxenti Fittixna fuq facebook:

www.fb.com/xehda


Gwida għal min jgħallem