Harga 28 ta' Ottubru 2012

Page 13

28.10.2012

Editorjal

13

www.kullhadd.com Kull˙add, CNL, Triq Il-Mile End il-Ó AMRUN Editur: 2090 1409 editur@kullhadd.com | Reklami: 2090 1520 sales@kullhadd.com | Accounts: 2090 1518 accounts@kullhadd.com Distribuzzjoni: 2090 1517 | Email ©enerali: editorial@kullhadd.com | Twitter: http://twitter.com/#!/KullHadd

Awtoritajiet bla awtorità ment separati u distinti mill-Gvern, li suppost jirregolaw anki korporazzjonijiet tal-Istat li jgawdu minn çerti monopolji, meta f’dawn l-awtoritajiet jitqieg˙du persuni li huma figatelli talministri?! X’jiswa li jkollok strutturi li suppost ja˙dmu b’mod awtonomu mill-Gvern tal-©urnata meta ˙afna minn dawk li ji©u appuntati fuq dawn l-awtoritajiet, iqisu r-rwol tag˙hom b˙ala subaltern g˙all-ministru? Wa˙da minn dawn l-awtoritajiet li g˙andha rwol ta’ superviΩjoni u ta’ investigazzjoni jekk mhux strettament regolatorju, hija l-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni. Minn kemm ilha din il-Kummissjoni ppreseduta mill-eks-Im˙allef Albert Manchè, iktar minn tnax-il sena, ˙a©a tal-iskantament, din il-Kummissjoni qatt ma sabet imqar l-içken provi ta’ korruzzjoni f’xi wie˙ed mill-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika ta’ dan il-pajjiΩ. Fi kliem ie˙or, g˙alkemm f’pajjiΩna ©ew replikati l-istrutturi regolatorji li wie˙ed isib fil-pajjiΩi prinçipali talUnjoni Ewropea, meta dawn jit˙allew f’idejn persuni sottomessi g˙all-Gvern tal-©urnata, l-hekk imsej˙in awtoritajiet jispiççaw jaqdu biss funzjoni ornamentali. Hemm imbag˙ad dawk l-awtoritajiet li b’xi mod jiççaqilqu, ˙afna drabi b’nofs qalb, attenti biex ma jirfsux wisq kallijiet. Il-MEPA hija notorja g˙all-fatt li tfittex ix-xag˙ra fl-g˙a©ina ma’ min hu Ωg˙ir u ttendi li tag˙laq g˙ajnejha meta quddiemha jkollha ttravu ta’ min hu kbir. F’dawn l-a˙˙ar xhur ing˙ataw

numru konsiderevoli ta’ rulings millAwtorità g˙as-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (l-MFSA) fejn l-Awtorità tat ra©un lil min ilmenta kontra l-Bank of Valletta dwar misselling ta’ perpetual securities, inkluΩ il-Lehman, mill-istess Bank of Valletta. L-MFSA investigat l-operat u l-prattiçi tal-bejg˙ tal-Bank of Valletta dwar dan, u fil-bidu ta’ din is-sena sabet lill- Bank of Valletta ˙atja ta’ ksur ta’ diversi regoli finanzjarji u imponiet sanzjonijiet amministrattivi u multi b˙ala penali. L-MFSA investigat ukoll ˙afna kaΩijiet individwali bir-reqqa u g˙al tul ta’ Ωmien u f’˙afna kaΩijiet l-Awtorità rrikkmandat bil-qawwa kollha li lBank of Valletta jirriintegra lil klijenti affettwati biex ipo©©uhom fis-sitwazzjoni finanzjarja li kienu fiha qabel ma qag˙du fuq il-parir tal-Bank of Valletta. Fi kliem sempliçi dan ifisser li lMFSA qieg˙da tirrikmanda li l-BOV i˙allas lura kemm il-kapital kif ukoll id-d˙ul li seta’ ntilef. Sadanittant il-Bank of Valletta konvenjentement qieg˙ed jie˙u l-poΩizzjoni li dawn ir-rakkomandazzjonijiet tal-MFSA huma biss “mere MFSA nonbinding opinions”, opinjonijiet li ma jorbtux. Imma bir-rispett kollu, Awtorità li kapaçi tag˙mel biss rakkomandazzjonijiet u li tag˙ti opinjonijiet li ma jorbtux, x’awtorità hi?! Kienu bosta l-vittmi ta’ dan il-misselling, ewlenin fosthom pensjonanti li tilfu kulma kellhom meta investew il-fondi tal-pensjoni tag˙hom f’securities riskjuΩi u kumplessi fuq il-parir

tal-bank li big˙ilhom it-tama ta’ profitti kbar ming˙ajr wisq riskju. Kienu bosta l-impjegati u l-pensjonanti li tilfu l-ftit li kellhom g˙ax qag˙du fuq il-pariri Ωbaljati li tawhom l-impjegati tal-BOV. Is-sabi˙a hi li meta l-Bank innifsu ©ie biex jag˙mel l-investimenti tieg˙u qag˙ad attent li ma jinvestix f’dawn it-tip ta’ securities riskjuΩi. Apparti l- misselling tal- perpetural securities, hemm imbag˙ad l-allegazzjonijiet ta’ Finco Treasury Management Ltd ta’ ©estjoni ˙aΩina tal-La Valette Property Fund, inkluΩ nuqqas ta’ monitora©© u oversight tad-delegati li gew appuntati, investimenti f’fondi sottostanti li ma kinux permessi skont ir-restrizzjonijiet imposti millProspett tal-Fond, rappurta©© skorrett mill-Bank of Valletta b˙ala kustodju, kif ukoll il-prattiçi ta’ misselling gravi, li lkoll ©ew konfermati mill-MFSA. Kien g˙alhekk li l-MFSA imponiet numru ta’ sanzjonijiet u penali amministrattivi u l-Bank of Valletta ma g˙amel l-ebda appell dwar dan. Kien proprju g˙alhekk li l-Partit Laburista wieg˙ed illi jekk kemm-il darba jkun fil-Gvern, huwa impenjat favur it-t˙aris tal-konsumatur, u anki g˙aliex il-Gvern huwa l-azzjonist ewlieni fil-BOV u bid-dritt li jappunta ç-Çerman tal-Bank, se jag˙mel dak kollu possibbli biex jara li jsiru negozjati bis-serjetà bejn ir-rappreΩentanti ta’ dawk milquta u l-Bank biex dawn iΩ-Ωew© problemi ji©u solvuti. G˙andha ssir ©ustizzja mal-vittmi ta’ misselling u l-aspettattivi le©ittimi talkonsumaturi finanzjarji g˙andhom ji©u sodisfatti.

Meta l-poplu Malti ©ie biex iqis qiesu sew dwar ilvanta©©i u l-iΩvanta©©i li kellha ©©ib mag˙ha s˙ubija fl-Unjoni Ewropea, m’hemmx dubju li fost ilvanta©©i ewlenin li ˙afna Ωammew f’mo˙˙om meta ©ew biex jivvutaw firreferendum, kien hemm ir-regolamentazzjoni tas-suq, il-protezzjoni effettiva tal-konsumatur, il-˙arsien ta’ standards ta’ kwalità u l-kontroll tal-abbuΩ minn poΩizzjonijiet dominanti fis-suq, fost affarijiet o˙ra. Minn kemm ilna mse˙bin fl-Unjoni Ewropea, il-proçess biex ji©u armonizzati l-li©ijiet Maltin biex ikunu konformi ma’ dawk Ewropej, se˙˙ u lli©ijiet tag˙na kontinwament ji©u a©©oranti mal-a˙˙ar Ωviluppi legali li jse˙˙u minn Ωmien g˙al Ωmien flUnjoni Ewropea. Fuq il-karta Malta g˙andha l-istess qafas le©iΩlattiv li g˙andhom pajjiΩi ferm ikbar minna u li ilhom joperaw f’suq wie˙ed, imma li g˙andhom qafas regolatorju b’sa˙˙tu b’g˙add ta’ awtoritajiet regolatorji li g˙andhom statura, li kapaçi jqumu g˙allokkaΩjoni u jasserixxu l-awtorità tag˙hom quddiem min jabbuΩa millpoΩizzjoni b’sa˙˙itha tieg˙u fis-suq. F’Malta l-awtoritajiet regolatorji g˙adhom ikkunsidrati b˙ala parti missistema fewdali ta’ patruna©© li jopera l-Gvern fejn l-effettività potenzjali ta’ dawn l-awtoritajiet tintre˙a jekk mhux ukoll newtralizzata g˙al kollox filprattika meta jin˙atru fihom persuni li mdorrijin joqog˙du g˙ad-diktat u g˙all-istruzzjonijiet li jing˙ataw millministri tal-Gvern. X’jiswa li jkollok strutturi formal-

GonziPN jiΩbalja, inti t˙allas Lydia Abela Segretarja tal-EΩekuttiv Nazzjonali PL

Matul dawn l-a˙˙ar ©ranet er©ajna n˙sadna bi skandlu ie˙or. Skandlu li g˙alih, g˙al darba o˙ra, se jkollhom i˙allsu l-familji Maltin u G˙awdxin mhux biss bi flushom, iΩda anke b’sa˙˙ithom. Il-˙sarat kbar li se˙˙ew flestensjoni tal- power station tal-BWSC jikkonfermaw il-falliment skandaluΩ tal-politika tal-ener©ija ta’ GonziPN li g˙aΩel power station li falliet qabel ma bdiet ta˙dem! Din is-sitwazzjoni wasslet biex pajjiΩna issa se jkollu juΩa mill-©did il- power station tal-Marsa li suppost ilGvern ilu snin li g˙alaq. G˙al darba o˙ra l-Gvern ta’ GonziPN huwa responsabbli g˙all-mod li bih g˙abba lillfamilji Maltin u G˙awdxin bil-power station tal-BWSC li g˙aliha l-Gvern di©à ˙allas aktar minn €157 miljun. Skont ma stqarr bla tlaqliq il-Ministru Tonio Fenech

innifsu, il-˙sarat huma akbar milli ˙asbet l-Enemalta u se jwasslu biex il-power station tal-BWSC mhux se tkun qed tibda topera qabel sitt xhur o˙ra, bil-konsegwenza li lEnemalta se jkollha tibda ter©a’ t˙addem partijiet millpower station ikkundannati tal-Marsa li kienu twaqqfu ja˙dmu min˙abba implikazzjonijiet ambjentali. Il-Ministru Tonio Fenech ma ddejjaq xejn jg˙id li min˙abba f’hekk pajjiΩna se jkun qed jonfoq aktar g˙allelettriku milli kien ma˙sub u se jsir uΩu mill-impjant antik tal-Marsa bil-konsegwenzi ta’ emissjonijiet. Min˙abba f’hekk g˙al din is-sena pajjiΩna mhux se jkun qed jil˙aq il-livell ta’ emisjonijiet li suppost la˙aq b’konsegwenza ta’ penalitajiet. Apparti minn hekk, lispejjeΩ Ωejda ta’ fjuwil bi prezz g˙oli u multi ambjen-

tali li se jkun qed jinkorri pajjiΩna jistg˙u jin©abru biss wara li jittie˙du l-passi legali kontra l-kumpannija BWSC. Infakkar li biex kien ing˙ata l-kuntratt tal- power station lill-kumpannija DaniΩa BWSC, GonziPN kien sa˙ansitra, ming˙ajr ebda spjegazzjoni, biddel il-li©i ambjentali wara li kienu intefg˙u l-offerti u biddel ukoll il-politika li kienet ©iet approvata mill-Kabinett fissena 2006 biex minn power station li ta˙dem bil-gass, g˙aΩel dik li ta˙dem bil-fuel oil b’sistema li tikkawΩa dannu lis-sa˙˙a tal-familji Maltin u G˙awdxin. Ta’ min ifakkar li meta kien ing˙ata l-kuntratt, il-Gvern ta’ GonziPN kien baxxa rasu g˙al dak kollu li kienet iddettat il-kumpannija barranija u qag˙det g˙all-kundizzjonijiet kollha li ©ew imposti millkumpannija BWSC.

Huwa tal-mist˙ija li l-Gvern kien sa˙ansitra aççetta klawsola li tispeçifika illi fl-eventwalità li tinqala’ kwistjoni bejn il-Gvern u l-kumpannija, din g˙andha tinstema’ f’qorti f’pajjiΩ barrani u mhux f’Malta u çjoè fil-post li fih se tit˙addem il-power station li dwarha jittratta l-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u lkumpannija. Jien g˙ad irrid nisma’ u nara kuntratt simili fejn Gvern jaççetta klawΩola b˙al din li bla dubju ta’ xejn tmur kontra l-interessi ta’ pajjiΩna. Il-Partit Laburista wissa g˙al diversi drabi li dan l-investiment kien wie˙ed Ωbaljat u fil-©ranet li g˙addew ©ie kkonfermat li d-deçiΩjoni ta’ GonziPN kienet deçiΩjoni Ωbaljata – deçiΩjoni li g˙aliha, bla ˙tija ta’ xejn, se jkollhom i˙allsu l-familji u n-negozji Maltin u G˙awdxin.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.