Lil Ħbiebna - Leħen il-Ġiżwiti Maltin | Jan-Mar 2014

Page 1

JAN

01

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

HBIEBNA Newspaper post

lil

2014

Ir-Realtà moħbija tal-faqar f’Malta u l-ħidma tal-Ġiżwiti fost il-fqar 1


2


Kelma mill-editur

4

Il-Papa Franġisku u l-Ġizwiti

6

Noħorġu min-nassa tal-faqar?

8

’L hawn u ’l hemm mal-Ġiżwiti

.

Għeżież ħbieb u benefatturi, F’isem il-Ġiżwiti Maltin fil-gżejjer tagħna u fi 23 pajjiż ieħor insellmilkom. Nieħu pjaċir li reġa’ għandi l-okkażjoni li nwasslilkom ixxewqat sbieħ mimlijin bil-barka u l-paċi talMulej għal din is-sena l-ġdida Kien fi Frar 1945 meta ir-rivista Lil Ħbiebna ħarġet għall-ewwel darba – 69 sena ilu! Fl-2005 iddeċidejna nissieħbu r-rivista Lil Ħbiebna marrivista Reġina et Mater. Din is-sena, fl-okkażjoni tat-tieni ċentinarju mir-restawrazzjoni talKumpanija ta’ Ġesú (il-Ġiżwiti), iddeċidejna nerġgħu noħorġuha bħala rivista għaliha. Nittamaw li Lil Ħbiebna tissokta tkun ilħolqa ta’ bejnietna billi twasslilkom l-aħbarijiet dwar l-appostolat u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesú f ’Malta u fid-dinja u sabiex nissieħbu flimkien fil-missjoni tagħna u tagħkom permezz tat-talb u l-kollaborazzjoni bejnietna. Is-sena li għaddiet, għall-Kumpanija ta’ Ġesú kienet waħda storika u sabiħa. Meta fit-13 ta’ Marzu l-Kardinal Ġiżwita, Jorge Bergoglio, intgħażel bħala l-Isqof ta’ Ruma, kienet ġrajja tassew storika, mhux biss għal ħutu l-Ġiżwiti, imma iktar u iktar għall-Knisja kollha u għad-dinja. Mill-ewwel minuta meta deher fil-gallarija hu kiseb l-ammirazzjoni tad-dinja kollha. Kulħadd japprezza l-ħidma pastorali li qed iwettaq u l-magazin internazzjonali Time innominah bħala “Il-Persuna tas-Sena” għal dak kollu li wettaq fi ftit xhur. Fl-ewwel diskors tiegħu l-Papa Franġisku talabna u baqa’ jgħidilna biex nitolbu għalih. Iva, Mulej, “Ħa

tkun idek fuq il-bniedem ta’ lemintek, fuq ilbniedem li int saħħaħt għalik” (Salm 80:18). Fis-17 ta’ Dicembru, il-Papa Franġisku għalaq 77 sena. Dakinhar hu ffirma d-Digriet li bih ikkanoniżża l-Beatu Pietru Faber, wieħed mill-ewwel kumpanji ta’ Sant’Injazju minn Loyola, il-Fundatur tagħna. San Pietru Favre kien l-ewwel saċerdot fost sħabu. F’din il-ħarġa ssibu artiklu dwaru. Din is-sena l-Ġiżwiti qed ifakkru t-Tieni Ċentinarju mir-Restawrazzjoni tal-Kumpanija fl-1814. Fit-3 ta’ Jannar 2014 il-Papa fetaħ uffiċjalment din il-Kommemorazzjoni li tispiċċa fis-27 ta’ Settembru, id-data meta l-Kumpanija ta’ Ġesú kienet approvata fl-1540. Dwar dan iċĊentinarju għandna artiklu f ’din il-ħarġa. Il-Patri Ġeneral Adolfo Nicolás xtaq li nfakkru dan il-200 anniversarju tar-Restawrazzjoni bl-umiltá u gratitudni sinċiera lejn Alla għal din “l-iċken Kumpanija”, kif kien isejħilha Sant’Injazju, biex nikbru fl-apprezzament talwirt spiritwali tal-Eżerċizzi Spiritwali li ħallielna Sant’Injazju, u nġeddu l-esperjenza tal-privileġġ u l-ferħ li, permezz tal-appostolati tagħna, naqdu l-Knisja u d-dinja, speċjalment dawk li l-aktar għandhom bżonn. Għeżież ħbieb u qarrejja, b’mod speċjali matul din is-sena, itolbu għall-Kumpanija ta’ Ġesú biex il-Mulej ikompli jbierek lilha u l-membri tagħha biex ikunu iktar kreattivi, ġenerużi u mimlijin bil-ferħ waqt li jimpenjaw ruħhom ħalli jagħtu servizz A.M.D.G. (Ad Majorem Dei Gloriam - Għall-Ikbar Glorja t’Alla).

f’din il-harġa

Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt

10 Storja - Is-Soppressjoni tal-Kumpanija ta’ Ġesú

12 L-lspiritwalità Injazjana 14 Irtiri u ‘weekends’ ta’

formazzjoni - Ċentru lspiritwalità Injazjana

15 Għajnuna għat-talb 16 JRS - Is-Servizz

tal-Ġiżwiti mar-Rifuġjati

17 Id-dar tal-irtiri, Mount St Joseph - 50 Sena!

18 Esperjenza ta’ Ġiżwita żagħżugħ

20 Il-Ġiżwiti - ‘Il-Kumpanija ta’ Ġesù’... Għaliex?

22 L-Unjonijiet Civili:

indaqs imma mhux l-istess

23 Għal dejjem

fil-Kumpanija ta’ Ġesù

24 Qaddis ġdid -

San Pietru Faber sj

lil

HBIEBNA

Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.

Editur: Fr John Scicluna SJ

Email: hbiebna@jesuit.org.mt

Website: www.jesuit.org.mt

r 2014

Leħen il-Ġiżwiti Maltin Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606

nMa

Rosanne Debono, Josette Vassallo

Ja

Qoxra: Fr Edgar Busuttil sj, Direttur taċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja, jakkumpanja lil Agnes waqt li taħdem il-ġiżirajjen biex taqla l-għixien tagħha. Ara pġ 6 Ritratt: Darrin Zammit Lupi

Stampar: Gutenberg Press

Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.

3


Il-Papa Frangisku u l-Ġiżwiti Djalogu fl-1 ta’ Ottubru, 2013 ma’ Eugenio Scalfari, Editur tal-gazzetta “La Republica” “Meta l-Konklavi għażilni biex inkun il-Papa, qabel ma aċċettajt, tlabt li ninġabar għal ftit waħdi fil-kamra maġenb dik tal-gallarija li tagħti għal fuq il-pjazza. Kelli rasi votja minn kollox u ħassejtni maħkum minn ansjetà kbira. Biex jgħaddili u nirrilassa ftit, għalaqt għajnejja u għeb kull ħsieb minn moħħi, anki dak li nirrifjuta li naċċetta l-kariga, kif għal daqshekk tippermettilek il-proċedura liturġika. Għalaqt għajnejja u ma ħassejtx iktar ansjetà jew emozzjoni. F’ħin minnhom ħassejtni milqut minn dawl kbir, dam biss għal ftit ħin imma għalija deher twil ħafna. Imbagħad dan id-dawl ġie fix-xejn, jien f ’salt wieħed qomt u mxejt lejn il-kamra fejn kienu qed jistennewni l-kardinali u l-mejda li fuqha kien hemm l-att tal-aċċettazzjoni. Iffirmajtu, il-Kardinal Camerlengo poġġa l-firma tiegħu, u mbagħad kien hemm l-Habemus Papam fuq il-gallarija”. Fuq l-ajruplan mal-gurnalisti lejn Ruma minn Rio di Janiero 28 ta’ Lulju, 2013 Carolina Pigozzi: “Santità. Nixtieq naf jekk int, mindu sirt Papa, għadekx tħossok Ġiżwita…” Il-Papa Franġisku: “Jiena nħossni Ġiżwita fl-ispiritwalità tiegħi; fl-ispiritwalità tal-Eżerċizzi, l-ispiritwalità, dik li għandi f ’qalbi. Imma tant inħossni hekk li fi żmien tlitt ijiem sa mmur niċċelebra malĠiżwiti l-festa ta’ Sant’Injazju: inqaddes il-Quddiesa fil-għodu. Ma bdilthiex l-ispiritwalità tiegħi, le. Franġisku, Franġiskan: le. Inħossni Ġiżwita u naħsibha ta’ Ġiżwita. Mhux ipokritament, imma naħsibha ta’ Ġiżwita.” Carolina Pigozzi: “Santità, x’wasslek biex tagħżel li tidħol fil-Kumpanija ta’ Ġesù? X’laqtek fl-Ordni tal-Ġiżwiti?” Il-Papa Franġisku: “Jiena ridt xi ħaġa iżjed. Imma ma kontx naf xiex. Kont dħalt is-seminarju. Id-

4

Dumnikani kienu jogħġbuni u kelli ħbiebi Dumnikani. Imma mbagħad għażilt il-Kumpanija, li sirt nafha mill-qrib għax is-seminarju kien fdat f ’idejn il-Ġiżwiti. Fil-Kumpanija laqtuni tliet affarijiet: ilmissjonarjetà, il-komunità u d-dixxiplina. Din ħaġa kurjuża, għax jien bniedem bla dixxiplina mit-twelid, mit-twelid, mit-twelid. Imma d-dixxiplina tagħhom, il-mod kif iqassmu l-ħin, laqatni wisq.” Intervista ma’ Fr A. Spadaro, SJ, Editur tar-rivista “La Civiltá Cattolica” Fr Spadaro: “Fid-dawl tal-ispiritwalità Injazjana, kif tara s-servizz lill-Knisja universali li int ġejt imsejjaħ twettaq? Għal Ġiżwita xi jfisser tkun elett Papa? Liema punt ta’ l-ispiritwalità Injazjana jgħinek l-iżjed biex tgħix il-ministeru tiegħek?”. Papa Franġisku: “Id-dixxerniment hu waħda millaffarijiet li l-iżjed ħadem fuqhom fil-qalb tiegħu Sant’Injazju. Għalih dan hu għodda ta’ ġlieda biex jagħraf aħjar lill-Mulej u jimxi warajh iżjed mill-qrib. Dejjem laqtitni frażi li biha tiġi mfissra l-viżjoni ta’ Sant’Injazju: ‘Non coerceri a maximo, sed contineri a minimo divinum est’. Irriflettejt ħafna fuq din il-frażi f ’rabta mat-tmexxija, ma’ li tkun superjur: tillimitax ruħek għall-ispazju l-iżjed kbir, imma kun kapaċi toqgħod fl-ispazju l-iżjed limitat – din hi ħaġa divina. Din il-virtù tal-kbir u taż-żgħir hi l-ġenerożità, li millpożizzjoni li fiha ninsabu ġġagħilna nħarsu dejjem lejn ix-xefaq. Hi li nagħmlu l-ħwejjeġ żgħar ta’ kuljum b’qalb kbira u miftuħa għal Alla u għall-oħrajn. Hi li nagħtu valur lill-ħwejjeġ iż-żgħar fi ħdan ixfqa kbar, dawk tas-Saltna ta’ Alla.” Zjara fl-10 ta’ Settembru, 2013, fic-Centro Astalli tal-Gizwiti f’Ruma fejn kuljum f’nofsinhar jitqassam l-ikel lir-Rifugjati Papa Franġisku: “Kull wieħed minnkom, għeziez ħbieb, iġorr miegħu storja li tkellimna fuq drammi ta’ gwerer, taqbid, li hafna drabi huma marbutin ma’ sistemi politiċi internazzjonali. Iżda Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2014


Zommu dejjem hajja t-tama! Ghinuhom jergghu jsibu t-tama!

kull wieħed minnkom iġorr fuq kollox rikkezza umana u reliġjuża, rikkezza li aħna naċċettaw u li ma nibżgħux minnha. Ħafna minnkom intom Musulmani u ta’ reliġjonijiet oħra; ġejjin minn pajjiżi different u minn sitwazzjonijiet diversi. M’għandux ikollna biza’ mid-differenzi! Il-fraternità tgħinna niskopru li dawn id-differenzi huma rikkezza, huma rigal għal kulħadd. Ħa ngħixu l-fraternità!... Grazzi għal dawk kollha li bħal dan iċ-Ċentru u servizzi oħra ekklesjali, publiċi u privati, li jidħlu għal din il-ħidma biex jilqgħu lil dawn il-persuni, u

għandhom proġett għalihom. Grazzi lil Fr Giovanni u lil sħabu Ġiżwiti, u lilkom operaturi, voluntarji, u benefatturi, intom li ma tagħtux biss xi ħaġa jew xi ħin, imma tfittxu li tidħlu f ’relazzjoni ma’ dawk li jitolbu kenn u mar-refuġjati, waqt li tagħrfuhom bħala persuni, u tikkommettu ruħkom li ssibulhom tweġibijiet konkreti għal dak li jkollhom bżonn. Żommu dejjem ħajja t-tama! Għinuhom jerġgħu jsibu t-tama!”

5


Ir-realtà mohbija tal-faqar f’Malta

Miktub minn Fr Edgar Busuttil sj u Cynthia Zerafa | cfj@jesuit.org.mt

Nohorgu min-nassa tal-faqar?

Jekk inkunu rridu nanaliżżaw min hu fqir u min mhux, u nużaw il-metodu tal-Eurostat, allura l-kejl ewlieni jkun r-riżorsi finanzjarji tal-persuna. Ir-raġuni ewlenija tan-nuqqas ta’ flus ħafna drabi hi n-nuqqas ta’ xogħol jew il-qgħad. Raġuni oħra tista’ tkun id-dipendenza fuq is-servizzi soċjali mogħtija mid-Dipartiment għas-Sigurtá Soċjali, li ħafna drabi tkun f ’forma ta’ flus. Imma ħaġ’oħra li għanda aktar tinkwetana hu l-fatt li fis-soċjetá tagħna nsibu familji bi tfal li għadhom jiddependu mill-ġenituri, jew fejn ir-raġel jew il-mara jkunu jaħdmu, imma xorta waħda jsibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-ispejjes tal-ħajja. Mill-esperjenza tiegħi tgħallimt li wieħed m’għandu qatt jiġġudika persuni li jkunu qed jgħixu fil-faqar. Per eżempju, ikun hemm familja li tonfoq il-flus li jkollha biex tixtri xi mowbajl li jiswa l-flus, imma mbagħad ma jkollhiex flus biżżejjed biex tixtri l-ikel. Ir-raġuni għal sitwazzjonijiet bħal dawn mhux dejjem faċli u tidher, iżda tista’ ssib li dawn il-familji ma jkunux iridu juru l-faqar li jkunu għaddejjin minnu u biex ma jkunx hemm min jgħid fuqhom, jixtru oġġetti biex jidhru għaddejjin tajjeb. Konsegwenzi Ma jistax jonqos li hemm familji li jsibu ruħhom f ’ċirkustanzi sfortunati li jiġu fuqhom u ma jkollhomx kontroll fuqhom. Dan jista’ jiġri meta xiħadd f ’xi familja jimrad u jkollu bżonn kura medika li tkun tiswa ferm iktar milli l-meżżi finanzjarji tal-familja jkunu jifilħu għaliha. Xi kultant sitwazzjonijiet vulnerabbli bħal dawn, jistgħu jwasslu u jġibu lill-familja darha mal-ħajt. Jista’ jiġri wkoll li xi persuni jsibuha diffiċli jħallsu l-kera, jew saħansitra li jixtru l-bżonnijiet bażiċi tagħhom u jkollhom bla ma jridu jirrikorru għal tip ta’ għajnuna li ġġib fuqhom konsegwenzi gravi. Huma jisselfu l-flus u hekk tinbet il-problema iktar serja tal-użura u jinqabdu f ’ċirku vizzjuż għax flok ma jsibu

6

l-għajnuna jidħlu għal xiħaġa li aktar tkissirhom. Ħafna drabi, persuni li jidħlu fin-nassa tal-faqar isibuha diffiċli ħafna biex joħorġu minnha, u li ħafna drabi jwassal għal iktar minn problema waħda. L-istorja ta’ Agnes Waħda mara, Agnes (isem fittizju), hi omm li flimkien ma’ żewġha għandha erba’ ulied kbar li jgħixu magħha. Tnejn mill-erba’ ulied għandhom xogħol, iżda huma għandhom xi tfal mwielda barra ż-żwieġ. Ma tantx jidher li jafu jieħdu ħsieb biżżejjed ta’ wliedhom. Allura Agnes jkollha tieħu wkoll ir-rwol essenzjali tat-trobbija ta’ dawn inneputijiet. Tagħmel li tista’ biex tipprovdilhom ikel biżżejjed, mediċina, u tagħtihom l-imħabba u l-attenzjoni li jeħtieġu u tgħinhom fl-istudju. Iżda Agnes hi marida u għandha wkoll problemi ta’ saħħa mentali. Ta’ kuljum tiġġieled magħha nfisha biex tgħin lil wieħed minn uliedha ħa jibqa’ ’l bogħod mill-vizzju tad-droga u ’l-bogħod milli jxellifha mal-ġustizzja. Barra minn dan kollu tagħmel ħilitha biex tkun ta’ appoġġ lil żewġha li ma jaħdimx. Minħabba f ’hekk Agnes tgħaddi minn pressjoni kontinwa biex tħallas il-kontijiet tad-dawl u lilma biex tassigura li l-awtoritajiet ma jaqtgħulhiex is-servizz tad-dawl u l-ilma. Ikollha tixtri l-ikel għall-membri kollha tal-familja mingħajr ma jkollha flus biżżejjed. Barra minnhekk, taħsel ilħwejjeġ tal-membri kollha tal-familja.

Il-ħidma tal-Ġiżwiti mal-fqar f’Malta Il-Ġiżwiti madwar id-dinja kollha huma msejħa sabiex dejjem jagħtu projorità lill-fqar, ikunu fejn ikunu. B’hekk, il-Ġiżwiti dejjem iżommu din issejħa bħala waħda ewlenija fix-xogħol pastorali tagħhom. Il-Ġiżwiti f’Malta, minbarra il-ħidma ta’ edukazzjoni u formazzjoni spiritwali, igħixu l-għażla għall-fqar b’dawn il-modi: Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2014


Tista’ tordna salib jew kuruna minn dawn b’donazzjoni ta’ €2 għal ġiżirana bis-salib, u €3 għal kuruna. Jekk jogħġbok ibgħatilna ċekk indirizzat liċ-‘Ċentru Fidi u Ġustizzja’ u ibgħatu, flimkien mal-ordni bil-miktub u l-indirizz fejn tixtieq li jintbagħtu bil-posta, għand iċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja, 78 Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067. GRAZZI!

Ritratti: Darrin Zammit Lupi

Bla dubju Agnes għandha bżonn l-għajnuna kemm finanzjarja kif ukoll appoġġ morali biex tibqa’ b’saħħitha ħalli tiġġieled u tegħleb dawn issitwazzjonijiet koroh ta’ ħajjitha. Izda Agnes għandha bżonn aktar minn hekk; għax kif tista’ hi u l-familja tagħha jingħataw l-għajnuna kollha possibbli biex joħorġu minn dan iċ-ċirku ta’ faqar darba għal dejjem? Kif jistgħu jingħataw lura id-dinjitá tagħhom ħalli jibnu ħajja diċenti b’inqas diffikultajiet u qtugħ ta’ qalb? Twembejt Is-sena l-oħra, iċ-Ċentru tal-Fidi u Ġustizzja tal-Ġiżwiti organiżża pellegrinaġġ biex dawk li jieħdu sehem ikollhom l-okkażjoni jirriflettu dwar ir-relazzjoni bejn il-fidi u l-ambjent. Għal din l-okkażjoni, kien hemm il-ħsieb li tingħata xi tip ta’ tifkira bħala suvenier. Fittixna, staqsejna u sibna slaleb biż-żibeġ. Għoġbuna ħafna

Iċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja, immexxi minn Fr Edgar Busuttil sj, jaħdem b’mod partikulari fil-kamp tal-faqar u tal-ambjent - jisma’ lill-fqar u lill-emarġinati, ifittex soluzzjonijiet għall-inġustizzji fid-dawl tal-fidi, u jqajjem kuxjenza fost is-soċjetà Maltija dwar il-ġustizzja soċjali.

għax is-salib hu sinjal tal-Fidi, u l-kuluri vivaċi tażżibeġ jirrapreżentaw l-ambjent b’saħħtu u mimli ħajja. Sibna wkoll kuruni tar-rużarju mill-isbaħ. Hekk dawn is-suveniers tas-salib u tal-kuruna seta’ kienu tassew tifkira xierqa tal-okkażjoni li kellna. Min-naħa tiegħi ddeċidejt li nilbes wieħed minn dawn is-slaleb. Kienu ħafna dawk li kkumentawli dwaru, jistaqsuni kif sar u minn fejn akkwistajtu. Jiena persważ li ħafna nies ikunu interessati jixtru xi salib biż-żibeġ kuluriti, jew xi kuruna tarrużarju. (Ara n-naħa ta’ fuq ta’ dil-paġna.)

Dawn is-slaleb jagħmluhom nies li bihom jgħinu lilhom infushom iqumu fuq saqajhom b’mod dinjituż. Għalhekk il-flus mhumiex sempliċement karitá imma ħlas xieraq għax-xogħol sabiħ li jafu joħloqu huma stess.

Il-JRS - Malta (is-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Rifuġjati), immexxi minn Dr Katrine Camilleri LLD, flimkien ma’ tim ta’ Ġiżwiti u lajċi, ifittex li jakkumpanja u jiddefendi drittijiet umani ta’ min, sforz sitwazzjonijiet f’pajjiżu ta’ gwerrer, persekuzzjoni u inġustizzji soċjali kbar, ikollu jaħrab minn pajjiżu u jfittex rifuġju f’Malta.

i

Ara paġna 16

L-Istitut Paulo Freire, iż-Żejtun, immexxi minn Fr Vince Magri sj, joffri servizzi ta’ ‘social work’ lil dawk li huma l-iżjed vulnerabbli fil-komunità, kif ukoll korsijiet ta’ litteriżmu għall-adulti u t-tfal, għajnuna lit-tfal wara l-iskola, u xogħol pastorali. .

i

Ara paġna 9

7


’l Hawn u mal-Ġiżwiti

Novizzi ġodda Fl-aħħar tas-sena l-oħra, il-Mulej bierek ilProvinċja tagħna bir-rigal ta’ żewġ żgħażagħ li ngħaqdu mal-Kumpanija ta’ Ġesú u bdew ilformazzjoni tagħhom. Andew Camilleri, minn Ħal Balzan, studja l-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’kara, u għandu 25 sena. Sentejn ilu ggradwa bħala tabib tal-mediċina u l-kirurġija u mbagħad ħadem f ’żewġ sptarijiet flIngilterra. L-ieħor hu Robert Rizzo mill-Kappara. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fis-St Michael’s Foundation u fil-Junior College. Wara li ggradwa ħadem għal erba’ snin f ’Bank Internazzjonali fis-Swatar hawn Malta. Huma qed jagħmlu s-sentejn novizzjat f ’Genoa, l-Italja, fejn hemm ukoll Fr Pierre Grech Marguerat, li hu l-Assistent tad-Direttur tan-Novizzi. Flimkien ma’ Andrew u Robert daħlu wkoll sebgħa oħra. Wieħed mir-Romanija u sitta Taljani. Fosthom l-iżgħar għandu 19-il sena u l-ikbar wieħed hu qassis b’dottorat fit-teoloġija u għandu 38 sena. Nifirħulhom u matul il-mixja tagħhom wara l-Mulej ma’ Sant’Injazju nakkompanjawhom bittalb tagħna.

Andrew Camilleri (fuq in-naħa tax-xellug) u Robert Rizzo flimkien ma’ Fr Pierre Grech Marguerat sj

It-tifun fil-Filippini

Fuq il-mezzi tax-xandir kulħadd sema’ bit-Tifun Yolanda ( “Haiyan”) li laqat il-Filippini fil-bidu ta’ Novembru tas-sena l-oħra. Il-qawwa tar-riħ kienet ta’ 390 km (242 mil) fis-siegħa. Permezz tar-ritratti u l-imaġini rajna l-ħerba kbira li ħalla warajh dan it-tifun eċċezzjonali. Fil-Filippini hemm madwar 300 Ġiżwita u mill-ewwel il-Provinċjal, Fr Tony Moreno, ħeġġeġ il-komunitajiet u l-istituzzjonijiet tal-Ġiżwiti fil-pajjiż biex jimmobiliżżaw irriżorsi kollha tagħhom u ta’ oħrajn biex, b’sens ta’ solidarjetá mal-vittmi tad-diżastru, jagħtu kull għajnuna materjali u spiritwali ħalli flimkien u b’mod konkret jindirizzaw l-isfidi ġodda u kbar. Eluf ta’ nies tilfu ħajjithom, u eluf bla għadd sfaw bla dar u propjetá. Il-Papa Franġisku, il-Patri Ġeneral tal-Ġiżwiti, diversi Provinċji tal-Kumpanija ta’ Ġesú u għaqdiet offrew l-għajnuna. Il-Ġiżwiti wkoll għamlu ħilithom biex jgħinu. Millewwel għamilna appell. Il-Provinċja u l-komunitajiet taddjar tagħna taw kontribuzzjonijiet. Numru ta’ individwi bagħatulna donazzjonijiet. L-istudenti tal-Iskola ta’ St Catherine’s ta’ Pembroke tawna €4,000. L-istudenti tas-Sixth Form, tas-Sekondarja u tal-Primarja tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi wkoll taw ilkontribuzzjonijiet ġenerużi tagħhom. B’kollox bgħattna lillFilippini l-ammont ta’ €13,350.

Ġiżwiti mill-Afrika f’Malta Bħalissa f’Malta hawn żewġ Ġiżwiti minn żewġ Provinċji fl-Afrika. Wieħed hu Fr Dieudonné Mampasi, mill-Kongo, u qiegħed mal-JRS (Malta) jagħmel appostolat pastorali mar-rifuġjati. L-ieħor hu l-istudent Francis Wambua, mill-Kenja, u qiegħed fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Francis Wambua SJ Dieudonné Mampasi SJ B’Kara, bħala Prefett tat-tfal li jħobbuh ħafna. 8


u ’l Hemm L-Istitut Paolo Freire fiż-Żejtun

Fl-1989, il-Ġiżwiti fetħu Dar P. Pedro Arrupe fi Sqaq San Adeodato iż-Żejtun. Permezz tal-kuntatt tagħhom man-nies malajr għarfu bi problema kbira minħabba li kien hemm numru mhux żgħir ta’ tfal u anke ta’ adulti li kellhom diffikultajiet fil-kitba u l-qari tal-Malti u tal-Ingliż. Għalhekk, fis-sena 2000 il-Ġiżwiti waqqfu l-Istitut Paolo Freire (PFI) biex ikunu jistgħu jgħinu aħjar lin-nies

tal-lokal. Ma’ dan infetaħ ukoll servizz tas-Social Work. S’issa, għexieren għamlu korsijiet ta’ taħriġ li kien ta’ għajnuna biex itejbu s-sitwazzjoni personali tagħhom kif ukoll tal-impieg. L-Istitut ħejja sett ta’ kotba bil-kulur bl-isem ta’ Iċ-Ċavetta biex jgħin fit-tagħlim bażiku tal-Malti lill-adulti. Dan it-toolkit rebaħ premju mill-Kunsill Nazzjonali Malti tal-Ktieb. Matul l-2013 l-Istitut irnexxielu jiġbor fondi ħalli jerġa’ jistampa dawn

l-kotba kif ukoll biex imexxi korsijiet għal aktar adulti li jitolbuna dan isservizz. Ftit ilu il-Fundazzjoni Alfred Mizzi rregalaw 8 komputers u 8 monitors ġodda lill-Istitut biex jintużaw waqt it-tagħlim. Il-PFI jista’ joffri dan is-servizz bl-għajnuna ta’ għexieren ta’ voluntiera li jiġu jaħdmu fi ħdanu. Mingħajr dan is-servizz gratwit il-PFI ma jkunx jista’ jġib ‘il quddiem din il-ħidma.

Min fost il-qarrejja jixtieq u jista’ jagħti ftit tal-ħin kull ġimgħa f’dan is-servizz jista’ jikkuntattja direttament lid-Direttur talIstitut Paulo Freire fuq 99864561/21694583. Grazzi.

Kulleġġ Universitarju fil-Missjoni tagħna fl-Indja Fl-1925, il-Ġiżwiti Maltin waqqfu l-Missjoni fl-Indja fost it-tribú tas-Santals, l-ikbar tribú aboriġenu fl-Indja li jgħodd madwar 8 miljun ruħ. Mill-bidunett, Fr Anton DeBono, il-Pijunier, u sħabu, barra x-xandir tal-Kelma, għarfu tajjeb li l-edukazzjoni kienet iċ-ċavetta għall-iżvilupp ta’ dawn l-aboriġeni. Għalhekk bdew iwaqqfu skejjel primarji, speċjalment flirħula fejn ma kienx hemm skola fil-qrib. Bil-mod il-mod l-iskejjel primarji żviluppaw u saru skejjel sekondarji li fl-Indja ma jissejħux kulleġġi imma High Schools. Kemm il-Ġiżwiti, kif ukoll l-Isqfijiet tat-tliet djoċesijiet li hemm fis-Santal Mission u ħafna kongregazzjonijiet tasSorijiet imexxu skejjel sekondarji b’eluf ta’ studenti. Għadd ta’ studenti huma sponsorjati minn benefatturi Maltin u Għawdxin. Ta’ kull sena l-istudenti li jgħaddu mill-eżami tal-matrikola, speċjalment l-aboriġini, isibu diffikultá jidħlu f ’kulleġġ universitarju li joffri tagħlim ta’ kwalitá. Mgħandomx il-meżżi meħtieġa biex imorru f ’kulleġġi fi bnadi oħra bogħod mis-Santal Parganas. Għalhekk, il-Ġiżwiti tal-Provinċja ta’ Dumka-Raiganj, fejn għad baqgħu jaħdmu seba’ Ġiżwiti Maltin, għadhom kemm waqqfu kulleġġ universitarju bl-isem ta’ St Xavier’s

Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2014

College ġewwa Maharo, qrib il-belt ċkejkna ta’ Dumka li hija l-belt kapitali tad-Distrett ta’ Dumka. Il-kulleġġ huwa affiljat ma’ Sido Kanhu University ta’ Dumka u joffri dawn il-korsijiet: B.A. (English Literature, History, Economics u Geography); B.Com; BBA u BCA. L-għan ta’ dan il-Kulleġġ hu li jipprovdi tagħlim ta’ kwalitá mill-aħjar u formazzjoni sħiħa b’kuxjenza soċjali għall-ħajja biex jgħin lill-istudenti jieħdu l-post li għandhom dritt għalih fis-soċjetá u jimpenjaw ruħhom għall-ġid ta’ pajjiżhom. Il-Ġiżwiti għadhom kif fethu wkoll St Xavier’s Collegiate School maġenb il-kulleġġ universitarju, fejn it-tagħlim isir bl-Ingliż, ħalli dan ikollu numru sabiħ ta’ studenti mħejjija sew fil-Collegiate School li f ’din is-sena jgħodd 289 student, 142 subien u 147 bniet. Billi ħafna mill-istudenti joqogħdu fil-villaġġi ‘l bogħod, il-Ġiżwiti bdew jibnu boarding houses għall-istudenti. Diġá tlesta il-pjan terren tal-Hostel tal-bniet li nbena bl-għajnuna tal-Mission Fund tal-Mosta, u hemm diġá joqogħdu fih tfajliet taħt il-ħarsien tas-Sorijiet Ursolini.

9


Storja

Miktub minn Fr John Scicluna sj

Din is-sena l-Ġiżwiti fid-dinja kollha jfakkru it-Tieni Ċentinarju mir-Restawrazzjoni tal-Ordni tagħhom, il-Kumpanija ta’ Ġesú wara li damet 41 sena soppressa b’ordni tal-Papa. Ħa naraw x’kien li wassal għal dan il-pass.

Is-Soppressjoni “Nabolixxu u nissopprimu l-Kumpanija ta’ Ġesú”. Hekk temm il-Brevi Dominus ac Redemptor, li biha l-Papa Klement XIV xolja l-Kumpanija ta’ Ġesú fl-1773. X’kien li wassal għal din it-traġedja; il-qerda talmissjonijiet f ’ħafna pajjiżi tad-dinja, il-konfiska tal-kulleġġi u l-proprjetà kollha tagħhom, it-turufnament tal-membri tagħha u t-tneħħija tal-Kumpanija nfisha?

In-nazzjonijiet Ewropej kienu ostili għallaħħar għallKumpanija ta’ Ġesú minħabba li l-Ġiżwiti kienu leali lejn il-Papa u ħafna fost il-kleru kienu jistmerruha minħabba l-ħeġġa tal-Ġiżwiti biex ikun hemm riforma ekkleżjastika.

10

Ir-revoluzzjoni kulturali fl-aħħar tas-seklu sbatax u l-bidu tas-seklu tmintax, permezz tattixrid tal-edukazzjoni u tal-kultura, kienet ser tkun l-għar għadu tal-Kumpanija ta’ Ġesú. Injazju minn Loyola waqqaf din l-Ordni u l-Papa Pawlu III fl-1540 ta l-approvazzjoni tiegħu lil din l-Ordni li, permezz tal-fedeltá lejn il-Papa u l-Fidi Nisranija kif ukoll bil-ħidma kbira fil-missjonijiet u l-kultura, wriet ruħha forza qawwija. In-nazzjonijiet Ewropej kienu ostili għall-aħħar għall-Kumpanija ta’ Ġesú minħabba li l-Ġiżwiti kienu leali lejn il-Papa u ħafna fost il-kleru kienu jistmerruha minħabba l-ħeġġa tal-Ġiżwiti biex ikun hemm riforma ekkleżjastika. Il-Portugall, Spanja, Franza, Napli u Parma kkonfoffaw biex iġiegħlu l-Papa jabolixxi l-Kumpanija. Il-Papa Klement XIII (1758-1769) kien iġibhom ħafna lill-Ġiżwiti u rrifjuta li jaqdi lil dawn in-nazzjonijiet Ewropej. Is-Superjur Ġenerali tal-Ġiżwiti f ’daż-żmien imqalleb kien Fr Lorenzo Ricci, li ntagħażel fil21 ta’ Mejju, 1758. Kien bniedem ta’ virtù kbira. Imma kien bla esperjenza ta’ amministrazzjoni u kien għal kollox maqtugħ mill-intriċċi diplomatiċi u mid-dinja. Fl-ewwel laqgħa tiegħu mal-Papa Klement XIII, li kien laħaq fis-6 ta’ Lulju, 1758, u li kien ħabib kbir tal-Ġiżwiti, il-Papa tah il-parir:

“Skiet, sabar u talb; il-bqija jieħdu ħsieb tagħhom infushom”, u proprju dan li pprattika Fr Ricci u kien jisħaq biex is-sudditi tiegħu jagħmlu l-istess. Is-seba’ ittri li s-Superjur Ġenerali bagħat lillKumpanija matul il-15-il sena tal-ġeneralat tiegħu jixhdu pjetà u żelu għall-perfezzjoni. Imma Fr Ricci kien ukoll kapaċi jkun sod u qalbieni. Meta d-Duka de Choiseul, li kien responsabbli għall-politika barranija ta’ Franza, issuġġerielu li jsalva l-provinċji Franċiżi billi jagħtihom superjur indipendenti għalkollox mill-Ġeneral f ’Ruma, irrifjuta li jikser il-Kostituzzjonijiet, bi qbil mal-Papa li qal: “Jew jibqgħu kif inhuma jew xejn”. Il-Ġiżwiti mkeċċija Hekk kif fis-seklu tmintax is-slaten Ewropej saħħew il-poter tagħhom, ħafna minnhom, jew aħjar il-ministri tagħhom, raw il-Knisja bħala ostaklu għall-għanijiet politiċi tagħhom. Il-Ġiżwiti bdew jitkeċċew minn kull pajjiż. Beda l-Portugall. FI-1759 issoprima l-Kumpanija fil-pajjiż u fil-kolonji tiegħu u kkonfiska l-proprjetà kollha tagħha. 1,600 Ġiżwita tqiegħdu fuq tlettax-il ġifen skortati minn tliet iġfna tal-flotta rjali u ntbagħtu Civitavecchia biex jingħataw f ’idejn il-Papa fl-lstat tal-Knisja. FI-1762 Franza keċċiet il-Ġiżwiti, li kienu jgħoddu kważi 3,000 u ħatfet il-proprjetà tagħhom. Fl-1767,1-2,700 Giżwita tkeċċew minn Spanja. Sena wara, 2,300 Ġiżwita ieħor intbagħtu fl-Istat tal-Papa mill-Filippini, mill-Messiku u mill-Amerika t’lsfel. L-awtoritajiet ċivili ssoprimew il-Ġiżwiti f ’Napli f ’Novembru, 1767, u fid-Dukat ta’ Parma fi Frar tas-sena ta’ wara, u I-Granmastru Pinto keċċiehom minn Malta f Awissu, 1768. Il-Papa, li kien anzjuż għall-Kumpanija, kiteb, forsi bil-għajnuna ta’ Fr Ricci, u ppubblika il-Bolla Apostolicam pascendi fis-7 ta’ Jannar, 1769, biex jiddefendi lill-Ġiżwiti. Imma lanqas il-Papa ma seta’

Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2014


www.jesuit.org.mt jwaqqaf il-valanga. Fl-aħħar ta’ Jannar, 1759 I-ambaxxaturi ta’ Franza, Spanja u l-Portugall talbu uffiċjalment lill-Papa biex jissopprimi totalment il-Kumpanija u heddewh b’xiżma. Din kienet daqqa ta’ ħarta kbira għall-Papa, li miet ftit jiem wara b’attakk ta’ qalb. Il-Papa l-ġdid kien Franġiskan, il-Kardinal Ganganelli (1769-1774), li ħa l-isem ta’ Klement XIV. Minkejja li qabel kien favur il-Kumpanija u li kellu għax jafhulu lil Fr Ricci li kien tħabat biex ilaħħqu Kardinal, hi ħaġa ċerta li meta sar Papa kien ostili għallKumpanija, almenu fid-dieher. Lanqas biss ried jara ‘l-Ġeneral quddiemu. Il-Papa kien medhi jara kif jissopprimi I-Kumpanija. Minkejja l-inġustizzji li l-Ġiżwiti sofrew anke f ’Ruma, Fr Ricci baqa’ jittama li dalwaqt jasal il-ħelsien. Klement XIV, wara żmien twil jitnikker, issa bi skuża u issa b’oħra, fl-aħħar ċeda għall-pressjoni tar-rejiet Ewropej u lesta l-Brevi tas-Soppressjoni. Il-Papa qal li kien se jneħħi I-Kumpanija ta’ Ġesù biex ikun hemm paċi fil-Knisja. Semma’ l-akkużi li kienu jsiru kontra l-Kumpanija, imma ma qalx li dawn kienu ppruvati. Qal li minħabba t-tkeċċija tal-Giżwiti mill-Portugall, Spanja, Franza u Napli, u minħabba li s-slaten ta’ dawn il-pajjiżi kienu talbu s-soppressjoni tal-Kumpanija, deherlu li din ma setgħetx tkompli tagħti l-frott li għalih kienet twaqqfet u li l-Knisja ma setgħetx tgawdi l-paċi jekk tibqa’ teżisti. Kiteb: “Minħabba konsiderazzjonijiet bħal dawn u mbuttati wkoll minn raġunijiet oħra mogħtija mil-liġijiet tal-prudenza u r-regola eċċellenti tal-Knisja Universali,... aħna, wara eżami matur, bit-tagħrif ċert li għandna, fil-milja tal-poter appostoliku, nissoprimu u nabolixxu l-imsemmija Kumpanija ta’ Ġesu”. Il-Ġeneral fil-ħabs

Il-Papa Klement XIII (Workshop of Anton Raphael Mengs - Wikimedia Commons) Fr Lorenzo Ricci, is-Superjur Ġenerali tal-Ġiżwiti meta ġiet sopressa l-Kumpanija ta’ Ġesù Il-Papa Klement XIV (Wikimedia Commons)

Fr Ricci kien mgħarraf biha filgħaxija tas-16 ta’ Awissu, 1773, id-data li fiha kellha tixxandar billi tinqara fid-djar tal-Ġiżwiti, għalkemm kienet iffirmata fil-21 ta’ Lulju. L-għada l-Ġeneral ntbagħat fil-Kulleġġ Ingliż bħala r-residenza tiegħu sakemm fit-23 ta’ Settembru ħaduh fil-Kastell ta’ Sant’Anġlu, il-ħabs tal-Papa, fejn inżamm fi priġunerija stretta għal sentejn sħaħ. Ma ħallewhx jikteb, isaħħan iċ-ċella, lanqas matul ix-xitwa, jiftaħ tieqa jew iqaddes. Tant kienu għassa tiegħu li kellhom jgħaddu sitt xhur biex sar jaf bil-mewt tassegretarju tiegħu Fr Cornolli, li kien miżmum priġunier ftit ’il bogħod miċ-ċella tiegħu. Il-ġuri tiegħu u ta’ sħabu sar malajr għax

hekk xtaqu l-għedewwa tiegħu imma l-imħallef qatagħha li “m’hemmx nies aktar innoċenti minn dawn, anzi Ricci hu bniedem tassew qaddis”, u l-Kardinal de Bernis azzarda jikteb: “Forsi m’hemmx provi biżżejjed għall-imħallfin, imma hemm biżżejjed għal nies retti u raġjonevoli.” Għal aktar minn darba Fr Ricci talab li jgħidulu għaliex il-Kumpanija kienet ġiet soppressa u għaliex hu kien inqafel fil-ħabs. Weġbuh; “Kun kuntent li m’intix il-ħabs minħabba xi delitt; dan tista’ tinduna bih mill-fatt li ma ġejtx interrogat dwar xi ħtija.” Il-Papa Klement XIV miet fit-22 ta’ Settembru, 1774, assistit fil-pont tal-mewt minn San Pawl tas-Salib, il-fundatur talPassjonisti. II-Papa Piju VI, is-suċċessur tiegħu, kien elett fil-15 ta’ Frar, 1775, fil-265 votazzjoni fil-konklavi, li dam sejjer 4 xhur u 10 ijiem. ll-ġustizzja kienet titlob li l-eks-Ġeneral jinħeles, imma ma sar xejn, milli jidher għax kien hemm il-biża’ li l-Ġiżwiti, li kienu xterdu, jinġabru madwaru biex jerġgħu iwaqqfu l-Kumpanija. Fl-aħħar t’Awissu, 1775, Fr Ricci appella lill-Papa Piju VI biex jipprokura l-ħelsien tiegħu. Imma waqt li ċ-ċirku madwar il-Papa kien qed jikkonsidraw it-talba tiegħu, il-Ġeneral miet fl-24 ta’ Novembru, 1775, 14-il xahar wara Klement XIV. Ħamest ijiem qabel ma miet, qabel ma rċieva l-Vjatku, Fr Ricci għamel din listqarrija: “Jiena niddikjara u nipprotesta li l-Kumpanija ma kienet tat lanqas l-iċken ġustifikazzjoni biex tkun soppressa; niddikjara u nipprotesta dan biċ-ċertezza morali kollha li jista’ jkollu superjur imgħarraf tajjeb dwar l-istat ta’ l-Ordni tiegħu. Niddikjara u nipprotesta li jien qatt ma tajt l-iċken raġuni biex jitfgħuni l-ħabs; dan jiena niddikjarah u nipprotestah b’dik iċ-ċertezza u xhieda assoluta li kull wieħed ikollu dwar għemilu. Din l-istqarrija ta’ l-aħħar qiegħed nagħmilha biss għax hi meħtieġa biex ma jintilifx l-isem tajjeb tal-Kumpanija ta’ Ġesù, li ġiet soppressa u li tagħha jien kont is-Superjur Ġenerali.” Lill-Papa talbuh biex jidfnu lil Fr Ricci bilgħaġġla u bil-moħbi imma hu qallhom: “Le, ma rridx li jgħidu li ġġustizzjajtu fil-Kastell u ppruvajt naħbih wara mewtu”. Għalhekk ta l-permess biex isir funeral solenni b’orazzjoni funebri. Biex jonora t-tifkira tal-Ġeneral, il-Papa Piju VI ried li jsirlu funeral solenni fil-knisja ta’ San Ġwann tal-Fjorentini ħdejn il-Kastell ta’ Sant’Anġlu u jindifen mas-Superjuri Ġenerali fil-knisja tal-Ġesù. L-istorja tkompli fil-ħarġa li jmiss...

11


Storja

Miktub minn Fr Reno Grech sj

L-iSpiritwalità Id-Dimensjoni Spiritwali tal-Persuna Ta’ spiss nisimgħu espressjonijiet bħal, “qari spiritwali”, “direzzjoni spiritwali”, “dixxerniment spiritwali”, “ħajja spiritwali”, u “eżerċizzi spiritwali’. X’nifhmu bil-kelma “spiritwali’? Xi wħud jaqsmu l-persuna f ’żewġ partijiet: ruħ (spirtu) u ġisem. Il-bniedem hu ħaġa waħda magħmula minn dimensjonijiet differenti bħalma huma d-dimensjoni fiżika, psikoloġika, emozzjonali, soċjali u spiritwali. Kull waħda minn dawn id-dimensjonijiet tinfluwenza lilloħrajn u tiġi influwenzata minnhom għalliżvilupp u integrità tal-persuna. Id-dimensjoni spiritwaii hi dik il-fakultà filbniedem li permezz tagħha u bil-għajnuna ta’ lIspirtu s-Santu, il-bniedem ikun jista’ jikkomunika ma’ Alla u jkun miftuħ għall-komunikazzjoni miegħu. Id-dimensjoni spiritwaii għandha x’taqsam mal-ħajja interjuri tal-bniedem fejn hu jħoss, jaħseb u jiddeċiedi. L-esperjenza spiritwali tħaddan fiha prinċipji u sistema ta’ valuri li l-persuna tħoss li jistgħu jgħinuha fil-mod ta’ ħajja tagħha biex tilħaq l-għan aħħari tagħha. Spiritwalitajiet differenti Ninnotaw li hawn diversi spiritwalitajiet skond it-tipi ta’ reliġjonijiet differenti, bħalma huma l-Ġudaiżmu, il-Kristjaneżmu, il-Buddiżmu, il-Ħinduiżmu, l-Islam u oħrajn. L-ispiritwalità Nisranija hi esperjenza ta’ Alla wieħed u ħaj fi tliet Persuni u li sar bniedem filpersuna ta’ Sidna Ġesu Kristu. L-ispiritwalità Nisranija tikkonsisti f’dawk il-prinċipji u valuri li ħaddan Ġesu u fit-tagħlim li hu xandar u li huma mgħixa mill-Insara matul is-sekli. Fi ħdan l-ispiritwalità Nisranija nerġgħu nsibu wkoll spiritwalitajiet differenti skond ilkariżma (don) u missjoni li diversi fundaturi ta’ Ordnijiet reliġjużi u oħrajn ikunu rċevew. Hekk, ngħidu aħna, insibu l-ispiritwalità Franġiskana, Dumnikana, Karmelitana, Agostinjana, Injazjana u diversi oħrajn. Kull waħda minn dawn l-ispiritwalitajiet timxi fuq il-passi ta’ Ġesù b’mod konkret u speċifiku għalkemm differenti mill-oħrajn 12

Injazjana Xi Karatteristiċi ta’ l-lspiritwalità Injazjana L-ispiritwalità Injazjana hi ispirata u bbażata fuq l-esperjenzi spiritwali u mistiċi li kellu Sant’Injazju fir-relazzjoni tiegħu ma’ Alla waqt il-perjodu ta’ konvalexxenza f ’Loyola u b’mod speċjali matul ix-xhur li qatta’ f ’Manresa fejn irċieva dawl divin u esperjenzi mistiċi oħra. Wara dan iż-żmien hu beda jelabora metodu u struttura ta’ talb li aktar tard żviluppah f dak li llum hu magħruf bħala l-manwal ta’ l-Eżerċizzi Spiritwali ta’ Sant’Injazju. Il-karatteristiċi ta’ l-ispiritwalità Injazjana nsibuhom b’mod partikolari fil-manwal ta’ I-Eżerċizzi Spiritwali (Eżer. Spir.), fid-Djarju Spiritwali (D. Spir.) u fil-Kostituzzjonijiet (Kost.). Xi wħud mill-esperjenzi mistiċi Sant’Injazju rrakkontahom lil wieħed mill-kollegi tiegħu, Fr Luis Gonċalvez da Camara, li ġabarhom flimkien ma’ esperjenzi oħra li kellu Sant’ Injazju. Dawn ir-rakkonti huma magħrufa bħala lAwtobijografija (Awto.) ta’ Sant’Injazju. 1. Alla Trinitarju bħala l-Ħallieq u l-Mulej ta’ kollox L-ewwel karatteristika ta’ i-ispiritwalità Injazjana hi l-viżjoni tagħha ta’ Alla bħala Alla Trinitarju, Ħallieq u Mulej ta’ kollox. Sant’Injazju kellu devozzjoni kbira lejn it-Trinità Qaddisa. Fid-Djarju Spiritwali, Sant’Injazju jitkellem b’mod jew ieħor fuq it-Trinità Qaddisa, li hi ċ-ċentru tad-dawl spiritwali kollu li rċieva, Għalhekk jingħad li l-mistiċiżmu ta’ Sant’Injazju hu mistiċi/żmu Trinitarju. Għal Sant’Injazju d-dnub imur kontra Alla IHallieq u Mulej (Eżer. Spir: par. 50, 52). 2. Il-Bniedem bħala ċ-Ċentru tal-Ħolqien Sant’Injazju jħares lejn il-bniedem bħala ċ-ċentru tal-ħolqien. Fil-Prinċipju u Pedament ta’ l-Eżerdzzi Spiritwali, Sant’Injazju jikteb li l-ħolqien kollu hu għad-dispożizzjoni tal-bniedem biex jgħinu jilħaq l-għan aħħari tiegħu. Dan hu, li jfaħħar, iqim u jaqdi lil Alla u b’hekk isalva ruħu. Sant’Injazju kellu rispett kbir lejn il-persuna fittotalità tagħha u fid-dimensjonijiet kollha tagħha. Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2014


Sant’Injazju kien jirrispetta l-libertà ta’ lindividwu. Hu kien iqis il-libertà bħala fakultà spiritwali essenzjali għall-individwu. Din il-libertà hi rigal speċjali ta’ Alla lill-bniedem. Din il-libertà hi fakultà li permezz tagħha nistgħu nagħżlu lil Alla. Iktar ma nagħżiu li nagħmlu r-rieda tiegħu aktar insiru ħielsa, awtentiċi. 3. Ġesù Kristu bħala l-Mudell ta’ Ħajjitna Il-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni, fejn in-natura divina u n-natura umana ingħaqdu flimkien fil-persuna ta’ Kristu, hu l-qalba ta’ l-ispiritwalità Injazjana. Sant’Injazju kien jitlob lil Ġesù bħala Medjatur biex jidħol għalih quddiem il-Missier (D.Spir. 24/2/1544). Il-persuna ta’ Kristu tokkupa l-post ċentrali ta’ l-Eżerċizzi Spiritwali. Infatti l-istruttura bażika tal-manwal ta’ l-Eżerċizzi Spiritwali hi meħuda mill-Ħajja ta’ Kristu miktuba minn Ludolf ta’ Sassonja. Waqt li Sant’Injazu u sħabu kienu sejrin Ruma, Injazju waqaf jitlob f ’kappella żgħira f ’La Storta, qrib Ruma. Hemmhekk kellu viżjoni fejn ra lil Alla l-Missier ipoġġih ma’ Kristu Ibnu. Meta Injazju u sħabu ġew biex jagħtu isem lillOrdni reliġjuż li kienu ser iwaqqfu, huma għażlu l-isem ta’ Ġesù bħala l-fundatur tassew u l-mexxej tagħhom (Formula ta’1-Istitut par. 1). Ghalhekk 1-Ordni tal-Ġiżwiti ġie msejjaħ “Kumpanija ta’ Ġesu”. 4. Devozzjoni speċjali lejn Sidtna Marija Wara l-konverżjoni tiegħu, Injazju ddeċieda li jibda l-avventura spiritwali tiegħu bħala pellegrin taħt il-patroċinju tal-Verġni Marija. Meta wasal Montserrat, fejn hemm xbieha tal-hekk imsejħa Madonna s-Sewda fil-Monasteru tal-Benedittini, Injazju qatta’ l-lejl kollu fit-talb quddiem l-altar ta’ din ix-xbieha u ħalla l-ilbies tiegħu ta’ Kavallier flimkien max-xabla u l-istallett quddiem il-Madonna. Imbagħad hu libes ta’ pellegrin. Fil-manwal ta’ I-Eżerċizzi Spiritwali Sant’Injazju jħeġġeġ l-irtirant jitlob lill-Madonna tinterċiedi għalih quddiem binha Ġesù. Fir-raba’ ġimgħa ta’ l-irtir Sant’Injazju jaraha ħaġa loġika li wara l-qawmien tiegħu mill-imwiet, Ġesù l-ewwel ma jidher hu lil Ommu Marija, avolja l-evanġelisti ma jsemmu xejn dwar dan. Fil-formula tal-Professjoni, il-Ġiżwita jagħmel il-wegħda tal-voti tiegħu lil Alla fil-preżenza ta’ l-Imqaddsa Verġni Marija (Kostit par. 527, 532, 535, 540).

li aktar imexxih lejn l-għan li għalih kien maħluq (Eżer. Spir. Par. 23) Fil-konsiderazzjoni tas-Saltna ta’ Kristu “Dawk li jridu juru mħabba ikbar... għandhom jagħmlu wkoll offerti ta’ preġju ikbar u iktar importanti..” Fit-talba taħhom huma jixtiequ li jbatu inġustizzji, żeblih u faqar, basta b’hekk jaqduh aħjar u jfaħħruh iżjed (Eżer. Spir. par. 97, 98). Fil-Kostituzzjonijiet Sant’Injazju tant kien jinsisti u jirrepeti l-frażi, “għal ikbar glorja ta’ Alla” (Ad Majorem Dei Gloriam - A.M.D.G.) li din saret il-motto tiegħu. 6. Spiritwalità Orjentata lejn il-Qadi Fid-dehra li kellu fil-kappella ta’ La Storta, Sant’Injazju ra lil Kristu mgħobbi bis-salib fuq spalltu u l-Missier Etern warajh jgħid lil Kristu, “Irrid li taċċetta lil dan (Injazju) bħala qaddej tiegħek”. Għalhekk Kristu aċċettah u qallu, “Jien irrid li int taqdina’’. Minn hawn toħroġ ċara s-sejħa u l-identità tal-Ġiżwita bħala bniedem b’missjoni, jiġifieri mibgħut biex jaqdi lil Kristu fil-bnedmin. Fl-aħħar mill-aħħar dan hu l-għan ta’ kull bniedem - biex ifaħħar, iqim u jaqdi lil Alla f ’kollox. L-Eżerċizzi Spiritwali huma mibnija fuq spiritwalità ta’ qadi. li-mistiċiżmu ta’ Sant’Injazju hu msejjaħ ukoll mistiċiżmu ta’ qadi. Hu differenti mill-mistiċiżmu ta’ qaddisin oħra jew minn forom oħra ta’ unjoni affettiva u intellettwali. 7. Spiritwalità ta’ Dixxerniment Id-dixxerniment spiritwali hu element essenzjali fl-ispiritwalità Injazjana. Id-dixxerniment hu proċess fejn wieħed ifittex u jsib ir-rieda ta’ Alla għal ħajtu. Sant’Injazju jagħti regoli biex wieħed jgħarbel u jagħraf l-ispirti li jaħdmu fih (Eżer. Spir. par, 314-336). Hu jsemmi wkoll żminijiet fejn wieħed jista’ jasal biex jagħmel għażliet tajbin għal ħajtu. (Eżer. Spir. 176-188). 8. Spiritwalità Mgħixa fil-Kumpanija ta’ Xulxin Sa minn qabel ma Sant’Injazju u sħabu ffurmaw

Il-qorq ta’ Sant’ Injazju

5. Spiritwalità tal-‘Magis’ L-ambizzjoni ul-ħerqa ta’ Sant’Injazju biex jaqdi lil Alla kienet iġġiegħlu jfittex dak l-aktar (bil-Latin: magis) jagħti glorja Lilu. Fl-Eżerċizzi Spiritwali hu jħeġġeġ l-irtirant biex jixtieq u jagħżel biss dak

13

Spiritwalità

www.jesuit.org.mt


Ordni reliġjuż huma kienu magħrufa bħala “Ħbieb fil-Mulej” . Huma kellhom għan wieħed f ’moħħhom - li jxandru lkelma ta’ Alla u li jgħinu lin-nies biex jiksbu s-salvazzjoni. Fil-Kostituzzjonijiet (par.135), Sant’Injazju jħares lejn il-Kumpanija bħala korp (ġisem) fejn il-membri kollha huma magħquda bejniethom u mar-ras tagħhom (Kost. par. 655). Kull Ġiżwita hu membru f ’dan il-korp. Is-Superjur Ġenerali hu r-ras viżibbli (Kost. 137). Sant’lnjazju spiss kien jiireferi għal Ġesù bħala r-ras tal-Kumpanija. (D.Spir. 23/2/1544). 9. Spiritwalità ta’ Kontemplazzjoni fl’Azzjoni Sant’Injazju kien bniedem ta’ kontemplazzjoni fl-azzjoni, jiġifieri li jgħix kontinwament fil-preżenza ta’ Alla wkoll filqa!ba ta’ l-attività. II-ħajja ta’ talb hi essenzjali għall-Ġiżwita. Hu jqatta’ ċertu ħin kuljum f ’kuntatt dirett u intimu ma’ Alla. Iżda wkoll fl-attivitajiet diversi tiegħu matul il-ġurnata hu konxju tal-preżenza u ħidma ta’ Alla fih. F’kull attività u għażla li jagħmel, il-Ġiżwita jfittex ir-rieda ta’ Alla u dak li jagħti l-ikbar glorja Lilu.

Il-Biblijoteka Gwanni XXIII tal-Ġiżwiti li twaqqfet fl-1965 fejn issib aktar minn 21,000 ktieb. • Trid tkun taf fuq il-Bibbja? • Qed tieħu xi kors fit-teologija? • Tinteressa ruħek fi kwistjonijiet soċjali? • Tgħallem ir-reliġjon f’xi skola? Issa tinsab fid-Dar Ċentrali tal-MUSEUM ilBlata l-Bajda. Tiftaħ: It-Tlieta 3.00pm – 6.00pm l-Erbgħa 4.00pm – 7.00pm Is-Sibt 8.00am – 1.00pm

Offerta għal Lil Ħbiebna Kif tafu, Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma tiddependi kompletament mill-offerti tal-ħbieb u l-qarrejja. Għalhekk niddependu ħafna mill-ġenerożitá tagħkom. Tistgħu tibagħtulna l-offerta bil-posta: Lil Ħbiebna, 78, Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 jew twassluha Uffiċċju Benefatturi, 1, Pjazza E.S. Tonna, Floriana (ħdejn il-knisja ta’ Sarria eżattament quddiem l-istage). 14

Programm t’attivitajiet Ċentru Spiritwalità Injazjana Għal aktar tagħrif, jew biex tieħu sehem, ċempel fuq 2276 0201 jew ibgħat email lil info@mtsjoseph.org

7-9

FRAR

‘Weekend’ għall-familji bit-tfal

Imexxi: Fr. Paul Chetcuti, SJ Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex

Id-Dixxerniment skont il-Padri tad-Deżert

Imexxi: Fr. Joe Buhagiar Bianco, SJPost: Dar Manresa, Victoria, Għawdex

7-9

MARZU

Imexxu Fr. Pierre Grech Marguerat, SJ u Ms. Christine Spiteri Post: Mt. St. Joseph, Mosta

Irtir fil-Kampanja

MARZU

FRAR

Irtir għall-familji bit-tfal

Imexxi: Dr. Edward Warrington u Ms. Clare Camilleri Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex

14-16

21-23

7-9

MARZU

Irtir ta’ Tħejjija għall-Għid

Imexxi: Fr. Godwin Preca, SJ Post: Mount St. Joseph, Mosta

Irtir ta’ Tħejjija għall-Għid

Imexxi: Fr. Eddie Mercieca, SJ Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex.

22

MARZU

14-16

MARZU

Ġurnata ta’ talb għall-membri tal-professjoni legali Imexxi: Fr. Robert Soler, SJ Post: Mount St. Joseph, Mosta

Irtir għas-Saċerdoti

Imexxi: Fr. Paul Pace, SJ Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex

24-26 MARZU

Irtir għall-Professjonisti bil-Malti

27-30 MARZU

Imexxi: Fr. Victor Jaccarini, SJ Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex

Irtir fis-skiet għall-koppji miżżewġin

Imexxi: Fr. Paul Chetcuti, SJ Post: Mount St. Joseph, Mosta

28-30 MARZU


il-Missjoni taghna

Ghajnuna ghat-Talb

Suġġerimenti biex tifhem u titlob aħjar dwar din il-fehma Ninġabar: Insib post għall-kwiet u nagħżel pożizzjoni komda. Nikkonċentra fuq in-nifs… inħoss il-pulmun jimtela bl-arja u mbagħad jitbattal ftit ftit. Nagħraf il-preżenza tal-Mulej f ’dan il-ħin u nitolbu biex ikun il-qofol ta’ dawn il-mumenti. Fatt ċkejken: Minkejja l-età ta’ 91 sena, Ċikku kien għadu jqatta’ ġranet sħaħ fl-għalqa. Minkejja li kien indipendenti f ’kollox, bintu Agnes kienet iġġagħlu jħossu qisu tifel ta’ għaxar snin. Ma kienet tafdah f ’xejn … la biex isajjar, la biex jaħsel ħwejġu, la biex imur sal-bank. Kienet tgħid li moħħu m’għadux li kien għax xjaħ. Ta’ spiss kien jipprova jagħmel xi ħaġa minn wara daharha, iżda dlonk kienet tinduna bil-pjan. Stephen, bin Agnes, kien l-għaxqa ta’ Ċikku. Kienu jqattgħu ħafna ħin flimkien, bin-nannu jirrakkonta u jfiehem issengħa tar-raba’ lil neputih. Darba minnhom, Ċikku xtaq jurih oġġett li ħadd ma kien jaf bih. Hekk kif daħlu fil-kamra tas-sodda, in-nannu mar dritt għal fuq is-senduq u xħin fetħu, ħareġ pitazz antik. Stephen għelbitu l-kurżità u ħatafhulu minn idejh. Malewwel titwila seta’ jinduna li kien fih ħafna riċetti… U malajr skopra li l-moħħ warajhom kien nannuh! Ċikku kien kok prim, li f ’żgħożitu kien isajjar għal sinjur Spanjol u li waqt Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2014

Naħseb ftit: Taf b’xi anzjan/a li għaddej/ja minn sitwazzjoni simili bħal Ċikku? Int kif tħares lejn l-anzjani, speċjalment il-familjari tiegħek? Kif tista’ turi aktar rispett lill-anzjani fil-familja tiegħek? Nitlob: Mulej Ġesù, nitolbuk biex nagħrfu aktar x’teżor sabiħ għandna fl-anzjani. Dawwalna b’ideat ta’ kif nistgħu nuruhom aktar rispett u nħeġġuhom ikomplu jikbru fl-għerf u l-esperjenza. Talba oħra spontanja jew fi grupp. Kliem ta’ dawl: L-età ma tikbirx waħedha. Magħha jikbru wkoll l-għerf tal-ħajja u l-esperjenza. X’nista’ nagħmel: Agħżel lil xi ħadd anzjan li għallmek xi ħaġa siewja f ’ħajtek. Agħmel kartolina ta’ ringrazzjament u għatihielu. Qatta’ ftit ħin ma’ xi ħadd anzjan, forsi anke toħorġu xi mkien għal xi passiġġata.

www Jekk trid titlob għal fehmiet tal-Papa b’dan il-mod, tista’ tidħol kull xahar fil-website: www.attmalta.org

sto

Biex il-Knisja u s-soċjetà jirrispettaw l-għerf u l-esperjenza tal-anzjani.

Malli Stephen tgħarraf dan kollu lil ommu, ma riditx temmen. Marret għand missierha u għajtet tnejn miegħu għax qatt ma qalilha xejn. Missierha, kalm bħal dejjem, qallha: “Pruvajt nurik kemm naf insajjar imma inti bżajt li ninħaraq. Xtaqt neħodkom sa Spanja u nara fejn investejt flusi, imma għedtli li żmieni għadda biex insiefer. Pruvajt nurik li moħħi għadu tajjeb u kapaċi nfendi għal rasi imma inti m’emmintnix.”

-Talb tat t la

Appo

Merħba! Il-Papa jistieden lil kulħadd, ikun xi jkun it-twemmin tiegħu, sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu:

l-istess żmien kien tgħallem l-Ispanjol. Kelma ġġib l-oħra u Stephen skopra wkoll li n-nannu kien ukoll investa xi flus, u daqt kien se jeħodhom lura flimkien mal-interessi li nġabru.

15


Il-Missjoni tagħna

Is-Servizz tal-Gizwiti mar-Rifugjati X’inhuma l-għanjiet tagħna? IS-SERVIZZ TAL-ĠIŻWITI MAR-RIFUĠJATI (Jesuit Refugee Service) huwa organiżżazzjoni kattolika internazzjonali mwaqqfa mill-Kumpanija ta’ Ġesù (il-Ġiżwiti) fl1980, bl-għan li takkumpanja u taqdi r-refuġjati u l-persuni mġiegħla jħallu pajjiżhom u tiddefendi l-kawża tagħhom. Bħalissa, l-JRS jinsab mifrux f ’57 pajjiż madwar id-dinja. Hawn Malta, il-JRS twaqqaf f ’Jannar 1993. Sa mit-twaqqif tiegħu f ’Malta, il-JRS żamm mal-missjoni li jakkumpanja lir-refuġjati bil-preżenza diretta fis-sitwazzjonijiet li jkunu fihom, skont il-kriterji li mmorru fejn ilbżonn huwa ikbar u fejn m’hemmx ħaddieħor qiegħed jagħti s-servizz meħtieġ. Minħabba f ’hekk, matul dawn l-aħħar 10 snin, il-JRS Malta kkonċentra b’mod partikolari fuq iċ-ċentri tad-detenzjoni. Il-JRS jiffokka fuq dawk li fhimna bħala l-bżonnijiet ewlenin, u għalhekk jipprovdi għajnuna u informazzjoni legali professjonali fiċ-ċentri ta’ detenzjoni kif ukoll lil dawk li jżuru l-uffiċċji tagħna; ħidma soċjali professjonali li jinkludi servizz ta’ infermiera, b’enfasi speċjali fuq l-identifikazzjoni u l-akkumpanjament tal-persuni vulnerabbli fid-detenzjoni kif ukoll wara li jinħelsu mid-detenzjoni u jkunu jgħixu fiċ-Ċentri Miftuħa (Open Centres) jew fil-komunità. Il-JRS

16

joffri ukoll servizz pastorali fost l-imigranti fid-detenzjoni u dawk li jgħixu fil-komunità; u għajnuna materjali (u sikwit finanzjarja) lil individwi u familji li jkunu fi stat ta’ bżonn kbir u li l-ħtiġijiet tagħhom nstabu li jeħtieġu appoġġ immedjat. Minbarra dawn is-servizzi, il-JRS joffri programm serju ta’ sensibilizzazzjoni u edukazzjoni għall-akkoljenza tar-refuġjati, għall-aċċettazzjoni tad-diversità u kontra ddiskriminazzjoni fl-iskejjel statali, tal-Knisja u indipendenti (bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni), kif ukoll advocacy dwar id-drittijiet umani tar-refuġjati u lpersuni li jitolbu l-ażil u riċerka speċjalizzata. Il-JRS Malta ma jirċevix flus jew fondi oħra mill-gvern Malti, imma għal dawn l-aħħar snin ikkwalifika taħt skema tal-gvern biex infermiera mpjegata fl-isptar Mater Dei, tkun issekondjata mis-servizz pubbliku biex taħdem mal-JRS fil-qasam tal-healthcare support li noffru bħala parti millħidma soċjali tagħna.

www.jrsmalta.org

Jesuit Refugee Service

Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2014


il-Missjoni taghna

Id-Dar tal-Irtiri

Mount St Joseph tagħlaq 50 sena!

Din is-sena qegħdin niċċelebraw ħamsin sena minn mindu “Mount Saint Joseph” ġiet imbierka u miftuħa bħala dar tal-irtiri. Għalhekk hija okkażjoni tajba biex niftakru; mhux tant mument fil-passat iżda nofs seklu ta’ barka!! “Mount Saint Joseph” hija binja mżejna b’ħafna ġmiel; stil arkitettoniku ta’ karattru uniku, spazji wesgħin u ħafna dawl. It-twieqi kbar iservu ta’ gwarniċ għal panorama ta’ veduti stupendi - fuq naħa Burmarrad, ilBidnija, il-Wardija u l-gżejjer ta’ San Pawl u fuq ix-xaqliba l-oħra r-raba ta’ taħt l-Imdina. Iżda l-ikbar barka ma tidhirx. L-ikbar barka hija l-qalb kbira ta’ tant nies li bnew il-

Iktbilna

Ħadt pjaċir taqra din il-ħarġa? Għoġbitek? Iktbilna u għidilna x’tixtieq taqra dwar il-Ġiżwiti? dwar l-appostolat tagħhom? dwar l-Ispiritwalitá Injazjana? dwar xi suġġetti oħra?

Lest? Qrajtu?

ġebel u wkoll dawk li żammewha ħajja, dawk li bl-għaraq ta’ xbinhom u b’ħafna xogħol fil-kwiet trasformaw id-dar u għamluha post li jilqgħek u oażi tas-skiet. B’hekk dan il-post seta’ jsir post ikkonsagrat għax huwa spazju dedikat biex in-nies li jiġu jsibu triq imwittija u atmosfera li tippromwovi l-kuntatt ta’ Alla mar-ruħ tal-bniedem. Min jaf kemm nies għamlu deċiżjonijiet kruċjali f ’ dan il-post privileġġat, kemm nies ħassew il-preżenza t’ Alla li fawrithom bil-ferħ, kemm nies xerrdu dmugħ quddiem Ġesu, kemm nies irċevew grazzji u ġid. Naturalment, iż-żmien li għadda qed iġib bżonn ta’ rinnovament fid-dar. Qed jinħmew ideat kif nistgħu nagħmlu d-dar aktar effettiva fil-missjoni tagħha u wkoll, fuq livell prattiku, tħejjiet lista twila ta’ xogħlijiet li hemm bżonn isiru. Dawn ivarjaw minn tibdil ta’ purtieri li qdiemu, tibdil ta’ aperturi, stallazzjoni ta’ arja kkundizzjonata eċċetra. L-ispejjes huma bil-wisq ikbar mill-fondi li għandna iżda nittamaw li l-providenza ma tonqosx bħalma dejjem ġara.

Jekk jogħġbok tarmihx. Tista’ tagħmel il-ġid lil xiħadd billi Tgħaddih lil xi ħabib/a Tħallih fuq il-mejda jew . fil-knisja Tpoġġieh f ’xi waiting room

Lil Ħbiebna, 78 Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

Tixtieq li xi ħabib/a jibda tibda tirċievi din ir-rivista?

Iktbilna / ċemplilna u agħtina l-isem u l-indirizz. Grazzi!

hbiebna@jesuit.org.mt

Tel: 21 412 606

17


Esperjenza ta’ Ġiżwita żagħżugħ

Miktub mid-Djaknu Karl Vella sj

Toghma tajba tal-Parrocca ta’ Ħaz-Żabbar F’April tas-sena l-oħra kont ordnat Djaknu. Fis-sajf kont Malta u s-Superjuri bgħatuni nagħmel esperjenza pastorali fil-parroċċa ta’ Ħaż-Zabbar. Iż-żmien qasir li qattajt fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar bħala djaknu, għinni. Żewġt isjuf ilu għamilt esperjenza fil-parroċċa taż-Żejtun. Il-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar hija kbira – t-tieni l-ikbar f ’Malta b’ħames żoni u madwar 17, 000 il-parruċċan. Minn naħa, minħabba d-diversita` ta’ nies u realtajiet differenti, din tagħmel il-ħajja parokkjali interessanti, imma fl-istess ħin toffri ukoll sfidi kbar għal minn ikun jieħu ħsieb iħħawwar il-borma. Ix-xogħol u l-isfidi li għandhom il-kappillan flimkien mal-kollaboraturi tiegħu huma kbar iżda nista’ nixhed li b’ħafna umiltá u b’fidi kbira it-team fil-paroċċa jaħdem tajjeb. L-ewwel li doqt f ’din il-paroċċa kienet illiturġija. L-esperjenza tiegħi fuq l-artal hija pjuttost limitata u għalhekk jkolli nistqarr li pprovdejt ħafna mumenti umoristiċi lis-sacerdoti u l-abbatini, li għal kuntrarju tiegħi ċ-ċeremonji solenni liturġiċi għalihom huma l-ħobża ta’ kuljum. Nsemmi biss waħda minn dawn l-esperjenzi. Waqt l-ewwel barka solenni tiegħi, ċ-ċeremonier talabni naqbad l-isfera u nbiddel il-qamar qabel ma’ nesponi s-sagrament. Għas-sorpriża ta’ ħafna fuq l-artal jien la kont naf x’inhi l-isfera u lanqas il-qamar. L-iktar element li apprezzajt matul din l-esperjenza qasira, imma intensa, kien il-kuntatt vast man-nies tal-parroċċa. Matul dawn il-ġranet kelli kuntatt regolari u sabiħ mal-anzjani tal-paroċċa u anke mal-morda. Fost dawn laqtuni b’mod partikulari l-anzjani li fl-aħħar ta’ ħajtihom sfaw abbundunati u qegħdin jgħixu f ’prekarjetá kbira. Missejt b’idi u rajt b’għajnejja nies li huma tabilħaqq fqar u din il-ħaga issorprenditni mhux ftit fi gżiritna li sikwit naħsbu li l-faqar ma’ jeżistix. Li ngħid kelma ma’ dawn n-nies u li nieħu lil Ġesú fid-djarhom kienet esperjenza qawwija kemm għalihom kif ukoll għalija. Il-fidi ta’ dawn in-nies kienet xi ħaġa li għalmitni ħafna. Wieħed minn dawn l-anzjani

18

kuljum kien jgħidli li minn x’ħin kont inħalli l-għatba tieghu kien jibda jistennieni għal għada. ‘‘Mingħajr Ġesú l-ġurnata nħossha li tkun għadha ma bdietx’’, kien jtenni jgħid. Ingredjent ieħor mill-borma mħawwra li niżżili għasel kien il-kuntatt li kelli mat-tfal. Flimkien konna nħejju n-novena tat-tfal qabel il-festa talMadonna tal-Grazzja. Għalija kienet esperjenza ta’ Knisja f ’Malta li hija mmexxija mit-tfal ukoll. Kont impressjonat kemm it-tfal, meta mħollija jkunu krejattivi, jafu jgħallmu ħafna lil adulti fuq kif jistgħu jgħixu l-fidi tagħhom b’sempliċitá u b’veritá kbira. Mhux ta’ b’xejn li Ġesú jwwissina li jekk ma nsirux bħat-tfal ma’ nistgħux nidħlu fis-Saltna. F’dawn it-tlett ġimgħat kont mistieden nakkumpanja u nippriedka f ’bosta funerali. Żgur li għall-funerali ma kontx imħejji imma minkejja n-nuqqas ta’ esperjenza tiegħi indunajt kemm dawn il-mumenti huma qawwija għall-familji u l-ħbieb ta’ dawk li kienu telquna. Indunajt li ħafna huma n-nies li forsi waqfu jmorru l-knisja imma li f ’dawn il-mumenti ta’ tbatija u importanti fil-ħajja, jkollhom jerġgħu jidħlu l-knisja u hemm forsi jistaqsu lmistoqsijiet importanti fuq il-ħajja u l-fidi tagħhom. Mumenti bħal dawn huma prezzjuzi wisq u nittama ħafna li nkunu konxji biżżejjed ta’ kemm jista’ jsir ġid f ’dawn il-mumenti delikati ta’ ħajjet in-nies. Id-deżerta waqt din l-ikla twila li kelli ĦażŻabbar, għaliex kienet l-aħħar avveniment tiegħi hija l-festa. Mill-platti kollha li ttamejt waqt dawn it-tlett ġimgħat dan forsi kien l-iktar bitter sweet. Minn kif rajt, smajt u ħassejt dan huwa żmien ta’ ħafna kontradizzjonijiet. Minn naħa huwa żmien li fih ħafna nies jiċċelebraw bil-kbir u b’devozzjoni kbira il-festa tal-Madonna. Dan jixhduh il-ħafna nies, bosta minnhom anzjani, li kienu jipparteċipaw fil-funzjonijijet ta’ qabel il-festa. Ma’ dawn peró nżid li ħafna oħrajn, il-parti l-kbira minnhom żgħażagħ, li għalihom il-festa hi biss marċijiet, brijju, birra u ġigġifogu. Naħseb li wasal iż-żmien fejn dawn iż-żewg kategoriji ta’ nies u dawn iż-żewg dimensjonijiet importanti jiltaqgħu Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2014


www.jesuit.org.mt

u l-festa ta’ ġewwa u ta’ barra jirriflettu kemm jista’ jkun l-istess realtá. Nifhem ukoll li din hija missjoni diffiċli ħafna peró mhux impossibli. Nemmen li hemm ħafna żgħażagħ li jekk jħossu li l-parroċċa hija tagħhom u li l-paruċċani jħobbuhom kif inhuma, jkunu jistgħu jipparteċipaw huma wkoll fiċċelebrazzjonijiet iktar spiritwali. Iktar milli liturġiji kkumplikati u bil-latin naħseb li wasal iż-żmien li ċ-ċerimonji tagħna jkunu tabilħaqq iktar spiritwali, mumenti sinifikattivi li jgħinu lin-nies jitolbu. Nagħlaq dawn l-erba’ kelmiet billi nesprimi l-gratitudni lil ħafna nies li ltqajt magħhom matul dawn il-gimgħat u li ħawru b’mod bnin l-borma. Issa li temmejt din l-esperjenza ninsab ftit iktar konvint li huma n-nies li jsawwru s-saċerdot

f ’rgħaj tajjeb tal-merħla. Nemmen li iktar ma’ kemm il-ministri tal-Knisja jkunu f ’kuntatt ħaj man-nies, iktar tista’ l-Knisja tkun ta’ kulħadd. Hemm bżonn li l-Knisja, bħalma ssuġerixxa l-Papa Franġisku, tkun Knisja fqira għall-fqar fejn il-fqar m’humiex biss dawk li m’għandhomx flus imma ukoll dawk li jistennew kelma ta’ faraġ u wens għax għaddejjin minn sitwazzjonijiet iebsa f ’ħajjithom. J’Alla lkoll nibnu Knisja fejn ħafna jistgħu jgħixu l-imħabba, il-ħniena u s-salvazzjoni ta’ Ġesú speċjalment dawk in-nies li l-iktar jinsabu fil-bżonn. J’Alla li mill-borma mħawwra tal-Knisja kulħadd jkollu sehem kemm fit-tisjir tagħha u anke li kulħadd jħossu mistieden u dehen li jipparteċipa u jiekol minn din l-ikla li tagħti l-ħajja.

Id-Djaknu Karl Vella S.J. f’Ħaż-Żabbar.

Bi ħsiebek tieħu sehem fil-Malta Marathon? Issieħeb mat-tim ‘Jesuits & Friends’!

for OTHERS JESUITS IN MALTA

Ta’ kull sena, numru ta’ Ġiżwiti u lajċi jieħdu sehem filVodafone Malta Marathon/Walkathon sabiex jinġabru fondi għall-fqar. Din is-sena, il-flejjes li jinġabru sejrin imorru għasServizz tal-Ġiżwiti mar-Rifuġjati (JRS).

Jekk tixtieq tissieħeb mat-tim, ibgħat email lil fundraising@jesuit.org.mt

Jekk mintix ser tieħu sehem, xorta waħda tista’ tgħin billi tibgħat ċekk indirizzat lil Inservi Jesuit Foundation lil: Inservi - Marathon, 78 Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067. GRAZZI!!

19


Taghrif

Miktub minn Fr Arthur G Vella sj

Il-Gizwiti... ‘Il-Kumpanija ta’ Gesù’ Għaliex?

1

Din hi nota qasira dwar l-isem li l-ewwel Ġiżwiti, Sant’Injazju u sħabu, għażlu għall-Għaqda li kellhom ħsieb jibdew b’Injazju bħala fundatur tagħha. L-istudju tal-importanza ewlenija tal-isem ta’ Ġesù fl-ispiritwalità Inazjana, jiġifieri fil-ħajja ta’ Injazju, fl-Eżerċizzi Spiritwali, fil-Kostituzzjonijiet u kitbiet oħra u fil-ħajja tal-Ġiżwita hu suġġett differenti. 2 MI Font. Narr., I 204. 3 MI FontNarr I 204. 4 De Aldama Antonio M, s.j. . Constitutions, The Formula of the Institute, Notes for a Commentary, Rome, CIS, St Louis The Institute of Jeuit Sources, 1990, p.38. 5 MI Epp XII 615. 6 MI FontNarr I 204.

1

NOTI 20

L-isem ta’ Ġesù mill-bidu Fit-3 ta’ Jannar, il-Knisja tiċċelebra l-festa tal“Isem Imqaddes ta’ Ġesú”. Dakinhar il-Kumpanija ta’ Ġesù, li ġġib l-isem ta’ Ġesù, tiċċelebra din l-festa tat-Titular tagħha. Il-membri tagħha jissejjħu ‘Ġiżwiti’ mill-isem stess ta’ ‘Ġesù’ Ħafna minna nafu li l-Ġiżwiti huma għaqda ta’ Fathers u Brothers u li l-Fundatur tagħom hu Sant’Injazju minn Loyola; iżda forsi mhux daqstant jafu wkoll li l-isem proprju tal-Ġiżwiti hu IlKumpanija ta’ Ġesù. Għalhekk tajjeb li wieħed jistaqsi: ‘minn fejn ġie dan l-isem u għaliex ilĠiżwiti ħadu dan l-isem?’ L-isem ‘Kumpanija ta’ Ġesù’ nsibuh fil-bidu tad-dokument essenzjali u l-iktar importanti li jiġbor fih il-qalba u l-kariżma tal-ħajja tal-Ġiżwita. Dan id-dokument, li jissejjaħ ‘il-Formula talIstitut’, Sant Injazju u sħabu kienu bagħtuh fl-1539 lill-Papa Pawlu III għall-approvazzjoni tiegħu. Wara xi tibdil il-Papa approvah u iffirmah fis-27 ta’ Settembru fl-1540. Fil-bidu tal-ewwel kapitlu taddokument naqraw hekk: ‘Kulmin irid jaqdi bħala suldat t’Alla taħt l-istandard tas-salib fil-Kumpanija tagħna, li aħna nixtiequ li tkun magħrufa blisem ta’ Ġesù, u lill-Mulej biss jaqdi u lill-Knisja l-Għarusa Tiegħu taħt it-tmexxija tal-Papa ta’ Ruma, Vigarju ta’ Kristu fuq l-art...’ Minn din l-approvazzjoni tal-Papa il-Ġiżwiti bdew ikunu magħrufa, u hekk baqgħu sallum, bħala membri tal-Kumpanija ta’ Ġesù. 2 Mill-ewwel żmien ta’ meta l-ewwel membri ta’din l-għaqda ġdida nġabru ma’ Sant’Injazju beda jiġi diskuss l-isem li ser jagħtuha. Wara diskussjoni bejniethom qablu li l-isem ikun ‘Kumpanija ta’ Ġesù’. Iżda mhux mal-ewwel qablu dwar l-isem, għax xi wħud dehrilhom li għandhom jieħdu l-isem

tal-fundatur tagħhom u jissejjħu Injazjani mill-isem ta’ Injazju, bħalma l-Benedittini ħadu isimhom minn San Benedittu u hekk ukoll il-Franġiskani minn San Franġisk u d-Dumnikani minn San Duminku. Insemmu wkoll li qabel l-approvazzjoni talFormula tal-Istitut, il-Papa kien ta id-dokument lil xi Kardinali u oħrajn biex jistudjawh u kien hemm min sab diffikultajiet dwar diversi punti, fosthom l-isem ta’ din l-għaqda ġdida. Id-diffikultà kienet dwar l-isem ta’ ‘Ġesù’, għax ma rawx għax din l-għaqda riedet tissejjaħ ‘ta’ Ġesù’, meta kull għaqda jew Komgregazzjomi jew Ordni oħra huma kollha ta’ Ġesù u għalhekk staqsew għaliex din l-għaqda trid tissejjaħ jew tkun ‘ta’ Ġesù qisu b’xi privileġġ speċjali! Iżda, dawn id-diffikultajiet jidhru li ntrebħu, għax ma sarx tibdil fl-isem u, kif diġà għedna, il-Papa Pawlu III approva l-Formula talIstitut, fejn inżamm l-isem: ‘Il-Kumpanija ta’ Ġesù’. ‘Kumpanija’ Mill-ewwel żmien li Sant’Injazju u d-disa’ sħabu kienu bdew jiltaqgħu flimkien, dil-għaqda bdiet tkun magħrufa u tissejjaħ : ‘Il-Kumpanija ta’ Ġesù’. Il-kelma ‘kumpanija’ kienet tintuża għall-għaqdiet reliġjużi u ma kenux il-Ġiżwiti li ser jużawha għallewwel darba f ’dan is-sens. Nafu li dil-kelma kienet tiġi wżata wkoll għall-għaqdiet jew kumpaniji kummerċjali jew oħrajn. Iżda kienu jissejjħu wkoll ‘kumpanija’ l-għaqdiet jew l-assoċjazzjonijiet reliġjużi, bħal ‘Il-Kumpanija tal-Imħabba Divina’, kif ukoll it-Teatini kienu magħrufa bħala ‘kumpanija’ qabel ma saru Ordni. Fil-belt ta’ Viċenza kien hemm mill-inqas tmien assoċjazzjonijiet kollha magħrufin bħala kumpaniji; waħda minnhom kienet imsemmija ‘Kumpanija tal-Isem ta’ Ġesù u ta’ San Ġużepp’. Hekk ukoll kien jifhem Sant’Injazju Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2014


www.jesuit.org.mt meta kien jitkellem dwar ‘il- Kumpaniji’ ta’ San Franġisk u San Duminku. Injazju stess kien waqqaf assoċjazzjonijiet reliġjużi f ’Ruma li kien isejjħilhom ‘kumpaniji’; hekk, per eżempju, ‘il-Kumpanija talGrazzja’. Il-kelma ‘kumpanija’ ġiet ukoll maqluba tajjeb bil-Latin ‘societas’. Is-sens militari jew ir-rabta tal-kelma ma’ kumpanija ta’ suldati ġew mogħtija wara u għalhekk kienu jagħtu tifsiriet żbaljati meta jassoċċjaw jew iqabblu il-Kumpanija ta’ Ġesù u l-istess fundatur Injazju mal-ħajja militari. L-isem ta’ Ġesù Il-kelma l-aktar importanti u li hi ċentrali fl-isem tal-Ġiżwiti, ferm aktar mill-kelma ‘kumpanija’, kienet u hi ‘Ġesù.’ Juan Polanco, li mis-sena 1547 kien issegretarju personali ta’ Sant’Injazju u tal-Kumpanija kollha, ħallilna miktub li meta l-Patrijiet Ġiżwiti kienu miġburin ġo Vicenza fl-1537, ‘dehrilhom li, ladarba ma kienx hemm fosthom min hu r-ras jew superjur għajr Ġesù Kristu u li lilu biss xtaqu jaqdu, għandhom jieħdu l-isem ta’ Dak li kellhom bħala superjur tagħhom u għal dir-raġuni bdew isejjħu lilhom infushom, ‘Il-Kumpanija ta’ Gesù’. 3 Lainez , li kien wieħed mill-ewwel kumpanji ta’ Injazu u kien l-ewwel suċċessur ta’ Injazju bħala Ġeneral tal-Kumpania, jorbot ħafna l-isem, ‘Kumpanija ta’ Ġesù’ mal-viżjoni li Injazju kellu ftit xhur wara fil-kappella La Storta meta kien riesaq lejn Ruma.. Wara li jiddiskrivi din l-esperjenza spiritwali Lainez iżid jgħid li minħabba din id-devozzjoni kbira li Injazju kellu għal dan l-isem ried li din ilkumpanija tissejjaħ ‘kumpanija ta’ Ġesù’. Jista’ jkun li wara La Storta Injazju fehem aħjar u b’mod profond xi jfisser l-isem li huma kienu diġa’ għażlu qabel. 4 Dak li kien l-aktar importanti fil-moħħ u l-qalb ta’ Injazju u sħabu kien l-isem ta’ Ġesù’ u t-tifsira profonda ta’ dan l-isem għalihom, kemm fuq livell personali u kemm bħala għaqda. Kienu jaraw lilhom infushom bħala grupp ta’ persuni li xtaqu jsiru ħaġa waħda mal-isem ta’ Ġesù u għalhekk fil-Formula kitbu bil-Latin ‘Jesu nomine insigniri’ u b’dilkelma ‘insigniri’ riedu jifhmu li jkunu magħrufin u identifikati b’mod speċjali b’dan l-isem : ‘Ġesù’. Għal din l-istess raġuni bdew ukoll jissejjħu ‘Ġiżwiti’, ladarba l-Għaqda tagħhom ġiet mogħtija l-isem ta’ Ġesù , ir-ras u fundatur. tagħhom. Hu l-isem ta’ Ġesù li kien l-aktar importanti għalihom, ferm aktar minn ‘kumpanija’ jew ‘soċjetà’. Jekk id-dokumenti jsemmu ‘il-kumpanji ‘ta’ Ġesù,’ il-kelma ‘kumpann’ għandha tiftiehem fis-sens ta’ qaddej, bħalma qaddej jista’ jisejjaħ kumpann tal-padrun tiegħu jew suldat kumpann tal-kaptan tiegħu. Hekk kienet wieġbet Ruma lill-Università ta’ Pariġi f ’Jannar tal-1556: ‘din mhix il-Kumpanija ta’ Ġesù għax aħna għamilna lilna nfusna kumpanji ta’ Ġesù, imma għax bħalma skwadra ta’ suldati tieħu l-isem mill-kmandant tagħħa, hekk aħna bi ħsiebna nimxu biss wara Ġesù

skont l-Istitut tagħna’. 5 Polanco waqt li kien jaħseb fuq l-importanza li Injazju ta lill-isem ta’ Ġesù, kiteb hekk: ‘Dwar dil-kwistjoni tal-isem, il-Missier tagħna Injazju kellu tant żjajjar minn Dak li tiegħu ħadu l-isem u tant sinjali u approvazzjonijiet dwar dan l-isem, li jien smajt lil Injazju jgħid li kien iħossu jmur kontra r-rieda t’Alla u joffendih, kieku kellu jiddubita jekk dan l-isem jixraqx għal din il-Kumpanika.U meta kien hemm min qallu jew kitiblu li l-isem għandu jinbidel, għax kien hemm min qed jgħid li aħna ħadna lil Ġesù għalina u akkużi oħra, niftakar lil Injazju jgħid li, jekk il-membri kollha tal-Kumpanija jew xi ħadd ieħor li m’aħniex obbligati nobduh taħt piena ta’ dnub, kellhom jgħidu li dan l-isem għandu jinbidel, Injazju, anke jekk jibqa’ waħdu, mhu ser qatt iċedi dwar l-isem u dan l-isem ma jinbidilx sakemm hu jibqa’ ħaj. Polanco ħallilna wkoll miktub li: ‘normalment meta Injazju kien ikollu din iċ-ċertezza, kien ikun imnebbaħ minn sinjali superjuri għal dawk umani.’ 6

Statwa (Spokane) ta’ l-ewwel tliet Ġiżwiti, San Injazju, San Franġisk Saverju u San Pietru Faber (Ritratt mill-arkivji talKurja, Ruma)

21


Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani

Miktub minn Fr Paul Pace sj

Din ir-rubrika ser tirrifletti fuq ġrajjiet kurrenti mill-lenti tat-tagħlim Nisrani

L-Unjonijiet Civili: indaqs imma mhux l-istess L-aktar ħaġa li tolqotni fid-dibattitu fuq l-unjoni ċivili qed tkun il-faqar tiegħu. L-aktar argumenti li spikkaw kienu fuq l-ugwaljanza u t-tneħħija ta’ kull għamla ta’ diskriminazzjoni. Dawn huma xewqat tajbin u nobbli, li d-dinja tagħna saret ħafna aktar sensittiva għalihom, u li kull Nisrani għandu jkun favur tagħhom. Il-fidi tagħna tgħidilna li kull bniedem huwa mhux biss ħolqien t’Alla, imma wkoll xbieha tiegħu li jistħoqqilha kull rispett; meta nqisu lil xi persuna jew grupp ta’ persuni anqas minn ħaddieħor inkunu qed nonqsu lil Alla nnifsu. Fil-każ tal-persuni omosesswali żgur li aħna żbaljajna ħafna fil-mod kif konna, u forsi għadna, nġibu rwieħna magħhom. Mhemmx dubju li s-soċjeta’ kollha għaddejja minn bidliet kbar u mgħaġġlin ħafna, u dan jinħass l-aktar fil-qasam tal-familja u tar-relazzjonijiet bejn is-sessi. Matul l-aħħar 20 jew 30 sena il-persuni omosesswali bir-raġun kollu ġġieldu biex ikunu rispettati aktar, u ma jibqgħux ikunu vittmi ta’ persekuzzjoni u insulti minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Minn grupp ta’ nies igħixu fil-moħbi, ħafna drabi vittmi ta’ diskriminazzjoni u anke ta’ vjolenza ta’ kull tip, saru aktar organizzati u lesti jitħabtu għad-drittijiet tagħhom, lesti jitkellmu fuq l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, u jgħixuha filmiftuħ. Hija ħaġa naturali li wara esperjenzi koroh ħafna ta’ vittimizazzjoni, anke mill-istess familji tagħhom, mhux l-ewwel darba li dan il-moviment ta’ emanċipazzjoni jieħu forom qawwija, li jistgħu jidhru esaġerati għal uħud minna. Minħabba f ’hekk malajr jiġri li min ma jaqbilx magħhom iħoss li għandu d-dritt juża l-istess stil u b’hekk id-diskussjoni ssir aktar emozzjonali u anqas razzjonali. Pajjiżi oħrajn, ħafna akbar u ħafna aktar sofistikati minna, bħal Franza u l-Ingilterra, għaddew liġijiet li jippermettu ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess matul l-2013, imma d-dibattitu kien ħafna aktar wiesa’ u ħaj milli kien hawn Malta. Dawn huma pajjiżi anqas reliġjużi minna, allura ħafna mill-argumenti ma kinux reliġjużi imma aktar marbutin ma’ kif nifhmu ż-żwieġ u l-familja, u kif irridu niddefenduha u nsaħħuha. Jiena nara tliet punti ewlenin fid-diskussjoni

22

tagħna: l-ewwel punt huwa d-dritt li dawk il-persuni tal-istess sess li jagħżlu li jgħixu bħala koppja jkunu rikonoxxuti mill-liġi biex ikunu jistgħu igawdu ċertu drittijiet. Fuq dan kien hemm qbil minn tista’ tgħid kulħadd, fil-kuntest ta’ soċjeta’ pluralista. Fejn ma kienx hemm qbil huwa fuq iż-żewġ punti l-oħra: li koppji bħal dawn ikollhom eżattament l-istess drittijiet bħal koppji miżżewġa, u li huma jkollhom id-dritt ukoll jitolbu li jaddottaw it-tfal. Sa issa s-soċjeta’ tagħna qieset il-familja u ż-żwieġ xi ħaġa speċjali ħafna, prezzjuża u unika, għaliex huwa l-post fejn jitnisslu, jitwieldu u jitrabbew it-tfal. Hija ħaġa naturali li t-tfal jiġu mill-għaqda bejn raġel u mara, u li dawn għandhom bżonn ta’ spazju stabbli ta’ mħabba u protezzjoni sabiex jikbru f ’persuni maturi. L-ebda liġi ma tista’ tibdel din ir-realta’, u filwaqt li f ’soċjeta’ pluralista għandu jkun hemm post fejn id-drittijiet ta’ kulħadd jiġu mħarsa, l-istituzzjoni taż-żwieġ hija xi ħaġa għal kollox differenti minn kull għaqda oħra bejn il-bnedmin. Għalhekk huwa importanti ħafna li nżommu differenza ċara bejn iżżwieġ bejn raġel u mara u drittijiet tal-persuni gay li jgħixu bħala koppja. Għaliex għalkemm hawn ħafna għamliet ta’ għaqda bejn il-persuni, l-għaqda bejn ir-raġel u l-mara fiż-żwieġ hija unika, u mhawn l-ebda waħda bħalha. Il-punt tal-adozzjoni minn koppji gay forsi huwa l-aktar wieħed dibattut. Hawnhekk il-prinċipju huwa ċar: anke jekk ma naqblux hemmx dritt li taddotta, ilkoll naqblu li l-adozzjoni hija għall-ġid tat-tifel jew tifla, u bl-ebda mod ma tista’ tiġi subordinata għallebda ħaġa oħra, lanqas għal dritt ta’ xi ħadd ieħor. It-tfal huma vulnerabbli, ma jmorrux jitkellmu la fil-Parlament u lanqas fuq il-gazzetti, allura s-soċjeta’ bil-liġijiet tagħha trid tipproteġihom u tassigura li kulma jsir huwa fl-ewwel interess tagħhom u ta’ ħadd aktar. Sa issa ma jidhirx li hemm argumenti qawwija biżżejjed biex nirriskjaw nieħdu dan il-pass. Aħna l-Insara nemmnu li aħna lkoll indaqs quddiem Alla, u għandna nkunu meqjusa ndaqs quddiem il-bnedmin. Imma jekk naħsbu li maħniex differenti nispiċċaw biex nitilfu l-umanita’ tagħna. Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2014


Ghal dejjem fil-Kumpanija ta’ Gesù Matul is-sena 2013 u l-bidu ta’ din is-sena, il-Mulej sejjaħ tmienja minn sħabna għall-Premju ta’ dejjem. Fr Alfred Pitré (✟23 ta’ Jannar); Fr Reno Grech (✟ 28 ta’ Jannar); Br Lawrence Suban (✟ 4 ta’ Marzu); Fr Henry Schembri (✟ 4 ta’ Awwissu); Fr Henry Formosa (✟ 9 ta’ Ottubru); Fr Joseph Orr (✟ 14 ta’ Diċembru); Br Victor Busuttil (✟ 29 ta’ Diċembru); Br Michael Spiteri ((✟ 6 ta’ Jannar, 2014). Agħtihom, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

FR JOSEPH OR, SJ, twieled l-Imsida fl-24 ta’ Frar, 1916. Daħal Ġiżwita fil-15 ta’ Settembru, 1932, f ’Bagheria u sentejn wara għamel l-Ewwel Voti. Studja l-filosofija u t-teoloġija f ’Catania, Gallarate, u fi Chieri, Ruma u l-Ingilterra. Kien ordnat saċerdot fl-24 t’April, 1944. Għat-Tielet Sena tan-Novizzjat mar l-Ingilterra u wara għamel l-Aħħar Voti fil-15 t’Awwissu, 1951. Lura Malta, għallem fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’Kara, u f ’Dar Loyola, in-Naxxar. Bejn l-1953 u 1959 mexxa iż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara u kien l-editur tal-gazzatta “Il-Ħaddiem”. Fl-1961 Fr Orr beda jiġbor ilfondi biex tinbena d-Dar tal-Eżerċizzi l-Mosta, u wara kien inkarigat mixxogħol tal-bini. Waqqaf l-Adult Friendship Group għal etajiet differenti u baqa’ jmexxih sal-aħħar ta’ ħajtu. Jibqa’ mfakkar għal din l-opra u l-promozzjoni talEzerċizzi Spiritwali. F’Settembru, 1995, ingħata l-Premju Anzjan tas-sena b’rikonoxximent għall-ħidma tiegħu maż-żgħażagħ u l-adulti. Baqa’ attiv sal-aħħar. Fl-14 ta’ Diċembru, 2013, il-Mulej sejjaħlu għall-Premju ta’ dejjem.

BR VICTOR BUSUTTIL, SJ, milĦamrun twieled fil-15 ta’ Novembru, 1943. Minn ċkunitu Victor kien membru tal-MUSEUM. Meta spiċċa l-iskola daħal jaħdem id-Dockyard bħala engine fitter apprentice u dam ħames snin. Imma l-Mulej kellu pjanijiet oħra u sejjaħlu jħalli kollox warajh u jissieħeb miegħu fil-Kumpanija ta’ Ġesú. Fit-30 ta’ April, 1965, Victor beda s-sentejn ta’ Novizzjat in-Naxxar, bħala Brother Ġiżwita. L-Ewwel Voti għamilhom fl-1 ta’ Mejju, 1967. Wara t-Tielet Sena tanNovizzjat għamel l-Aħħar Voti fit-22 t’April, 1982. Wara kors segretarjali, beda jgħin għall-bosta snin lill-Assistent tal-Provinċjal u lill-Ekonomu talProvinċja. Għadda sena jgħin f ’Kulleġġ lIngilterra u wara għamel sentejn jgħin f ’Kulleġġ tal-Ġiżwiti fl-Awstralja. Fl-1997 lura Malta u ntbagħat jgħin lil-Ekonomu fil-Kulleġġ tagħna B’Kara u dam tmien snin. Kien Brother Ġiżwita ferħan, rispettat u maħbub, dejjem bi tbissima għal kullħadd. Fid-29 ta’ Diċembru, 2013, il-Mulej laqa’ fi ħdanu lil dan il-qaddej fidil tiegħu

BR MICHAEL SPITERI, SJ, ġie Malta meta kien tifel żgħir għax twieled Detroit, l-Amerika, fit-22 ta’ Jannar, 1928. Michael studja l-inġinerija u speċjalizza fir-refrigeration u ħadem mal-Wembley u l-Air Ministry. Ta’ 27 sena, fit-22 ta’ Mejju, 1955, Michael beda n-novizzjat in-Naxxar. Bejn l-1957 u l-2010 meta mħabba saħħtu kellu jirtira, Michael ta 53 sena servizz. Ħa ħsieb il-catering fid-Djar tagħna fl-Isla u Oxford. Wara ħadem f ’Ġerusalem fl-Istitut Pontifiċju Bibbliku u wara f ’Ruma fl-Kulleġġ Internazzjonali. Lura Malta għen ftit fid-dar talIrtiri, l-Mosta. L-ikbar kontribut ta’ Br Michael kien matul 38 sena servizz fil-Kullegg, B’Kara. Kien jieħu ħsieb il-laboratorji tax-xjenza fis-Sekondarja u fis-Sixth Form, kien inkarigat mill-workshop tat-tfal, u tal-projector taċ-Ċinema. Flaħħar snin waqqaf u ħa ħsieb il-Media Room. Br Michael kien iħobb il-ħajja u nnatura. Kien joħroġ picnic ma’ Fr Orr. Ma damux mifrudin għax fis-6 ta’ Jannar, 2014, reġgħu ltaqgħu għal dejjem fil-ġenna.

23

Hajja ta’ servizz

Agħtihom, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem


Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Jannar - Marzu 2014 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

Qaddis gdid Fis-17 ta’ Diċembru, il-Papa Franġisku ħareġ id-Digriet li bih ikkanoniżża l-Beatu Pietru u ppreżentah lill-Knisja kollha bħala qaddis. Pietru Faber twieled fis-Savoja fl-1506. Meta kiber mar jistudja f ’Pariġi u hemm iltaqa’ ma’ Injazju minn Loyola u Franġisk Saverju.

24

San Pietru Faber, S.J. Il-Providenza ġabet li dawn il-tlieta kienu jgħixu fl-istess kamra. Hu kien wieħed mill-ewwel 7 kumpanji ta’ Injazju u l-ewwel saċerdot.. Meta fil-15 t’Awwissu, 1534 il-grupp li nġabru madwar Injazju għamlu l-Voti tagħhom hu qaddes il-Quddiesa. Għalkemm għex biss 40 sena, ma kienx wieħed li jibqa’ fl-istess post,

għalih ma kienx hemm fruntieri. Kien pellegrin ixandar il-Vanġelu, jagħti l-Eżerċizzi u jaħdem għarrikonċiljazzjoni fl-Italja, il-Ġermanja, il-Belġju, il-Portugal u Spanja. Kellu l-ħila jagħmel ħbieb ma’ kullħadd u jidħol fi djalogu magħħom. Kien bnieden ta’ xewqat kbar u saċerdot umli, b’ħajja nterjuri qawwija. Miet fl-1 ta’ Awwissu, 1546.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.